Saħħa
Kull min jidħol Malta se jiġi ċċekkjat għall-Coronavirus

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin daħlu fis-seħħ pjan ta’ azzjoni fid-dawl tal-virus COVID19, hekk kif dan kompla jinfirex barra ċ-Ċina u laħaq pajjiżi Ewropej partikolarment l-Italja.

Fi stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa intqal li minn din il-ġimgħa li ġejja, l-passiġġieri kollha li se jaslu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u anke dawk li jaslu bil-cruise liners u bil-vjaġġi tal-katamaran se jsirilhom dak li jissejjaħ thermal screening. Ġie spjegat li bit-thermal screening jiġu analizzati gruppi ta’ nies u jekk xi ħadd minnhom jiġi identifikat li għandu d-deni, jitwaqqaf u jiġi eżaminat fl-iktar dettall.

L-awtoritajiet tas-saħħa appellaw għall-koperazzjoni tal-pubbliku biex jekk ikun hemm dubju isir screening kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li jħeġġu lil dawk li jkunu vjaġġaw fil-pajjiżi milquta u għandhom problemi respiratorji, jikkuntattjaw it-tabib tagħhom. Il-Ministeru tas-Saħħa waqqaf helpline għal pubbliku bin-numru 21324086.

F’rendikont dwar is-sitwazzjoni f’Malta ingħad li s’issa żewġ każi suspettati ta’ COVID19 ġew ittestjati u irriżultaw fin-negattiv filwaqt li tliet persuni bħalissa jinsabu fi kwarantina wara li kienu fuq il-cruiseliner Westerdam. Dan il-bastiment kienu fiċ-ċentru tal-attenzjoni wara li passiġġier abbord minn Hong Kong żviluppa il-COVID19. L-ebda wieħed mit-tliet passiġġieri Maltin ma wera sintomi ta’ dan il-virus.

Intant fl-Italja speċjalment fir-reġjuni tan-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, il-biża tal-coronavirus daħħlet sew tant li bliet stenbħu baħħ min-nies u f’Milan l-awtoritajiet ħabbru li l-iskejjel se jibqgħu magħluqin. Il-Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-Italja Angelo Borelli qal li s-sitwazzjoni qed tiġi segwita kontinwament u appella biex ma jinqalax paniku żejjed.

“We have 132 positive cases of coronavirus. Among them, two have died, one has recovered, a researcher we brought back from Wuhan. The numbers are: For Lombardy, 88 people affected with the virus, 24 in Veneto, in Piemonte 6, in Emilia-Romagna 9 and two in Lazio. There are two recovering in Spallanzani hospital (in Rome). In total, the people who are under being monitored by the health ministry are 129.”

Il-coronavirus affettwa anke x-xena sportiva fl-Italja. Diversi partiti mill-kampjonat Serie A li kellhom jintlagħbu llum ġew sospiżi. Dawn huma Torino vs Parma, Verona vs Cagliari, Atalanta vs Sassuolo, u l-partita mistennija Inter kontra Sampdoria.

U fil-Korea t’Isfel togħla għall-livell massimu l-allerta dwar il-coronavirus hekk kif komplew jiżdiedu l-każijiet tiegħu. Il-President Moon Jae-In qal li l-ġranet li ġejjin għandhom ikunu kruċjali biex pajjiżu jrażżan l-imxija ta’ dan il-virus. S’issa ħames persuni ġew konfermati mejta mill-COVID19 fil-Koreja t’Isfel.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

8 persuni miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far irriżultaw pożittiv għall-Coronavirus. Is-Supertendent għas-Saħħa, Charmaine Gauci qalet li fit-8 t’April persuna ta’ 33 sena ħarġet pożittiva għall-virus. Min kien fl-istess kabina miegħu…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar