Lokali
Kulturi u ikel tradizzjonali waqt attività minn ambaxxati differenti

Waqt li s-Sibt li ġej, TVM ikun qed ixandar ir-road show f’Ta Xbiex marbut mal-logħba għat-tielet u r-raba’ post tat-Tazza tad-Dinja, mat-13-il ambaxxata se jkunu qed itellgħu attività kulturali ta’ ikel, arti, u divertiment. L-attività qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, fejn hemm diversi ambaxxati u konsolati ta’ pajjiżi barranin.

Mat-13-il ambaxxata, li fil-maġġoranza taghhom jinsabu f’Ta Xbiex nhar is-Sibt li ġej se jtellgħu attività kulturali, b’kull ambaxxata se tagħti esperjenza kulturali u kulinarja b’ikel tradizzjonali tal-pajjiż rispettivi.

Fost il-pajjiżi li se jieħdu sehem hemm iċ-Ċina, ir-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, it-Turkija, l-Eġittu u Spanja. Max Zammit, is-sindku ta’ Ta’ Xbiex Max Zammit qal li l-idea għal din l-inizjativa hija li tagħti togħma tal-bosta pajjiżi li għandhom rappreżentanza diplomatika f’Malta.

Max Zammit qal li “permezz ta’ din l-event ngħaqqdu kulturi differenti, spettakli relatati mal-pajjiżi, ikel u xorb differenti, bħal sangria qudiem in-nies jew mozzarella Taljana quddiem in-nies”.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca li se tkun il-patruna ta’ din l-attività qalet li attivitajiet bħal dawn huma importanti, għaliex hemm bżonn li l-Maltin japprezzaw id-diversità kulturali u japprezzaw id-dinjità umana u d-diversità tagħha.

Waqt l-attività s-Sibt li ġej f’Ta’ Xbiex, TVM se jkun qed itella’ l-programm Roadshow marbut mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja.

 

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Grupp ta’ għaddasa li niżlu jgħoddsu f’Wied il-Għasri u Reqqa Point f’Għawdex ġew wiċċ imb’wiċċ ma’ skart mhux tas-soltu mormi fil-baħar. L-għaddasa sabu għadd ta’ ġlud tal-fniek mormijin fil-baħar. Bil-kurrent,…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi li se jaħkem il-gżejjer Maltin. Ir-riħ mit-Tramuntana għall-Majjistral ser ikun qawwi għal qawwi ħafna kultant fuq il-Gżejjer Maltin. Din…

Politika Lokali

Fi stqarrija, il-Gvern ta’ Malta qal li nnota d-dikjarazzjoni tal-familja Caruana Galizia wara r-riżultati tal-inkjesta fil-każ ta’ Egrant fuq allegazzjonijiet li oriġinalment għamlet Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern qal li huwa…

Aktar