Kurżitajiet
Kuluri Nażisti qalb il-murtali għall-festa ta’ Santa Marija tal-Mosta

Qamet kontroversja sħiħa b’ritratt li ttella’ fuq il-midja soċjali mis-Soċjetà Filarmonika ta’ Santa Marija tal-Mosta.

Fost għadd ta’ ritratti tal-murtali li mistennija jdawlu s-sema u jpaxxu l-għajnejn fil-15 t’Awwissu, hemm wieħed li juri għadd ta’ murtali b’kuluri Nażisti skjerati mal-ħajt tal-fabbrika tas-soċjetà tan-nar.

Barra minn hekk, fuq kull murtal hemm l-arma ta’ ajkla b’salib li tixbaħ lil dik li kienet tirrappreżenta lid-Drittes Reich, in-Nażistiwaqt it-Tieni Gwerra Dinija.

Flok swastika, taħt l-ajkla hemm salib.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar