Lokali
Kumitat ġdid għall-Għaqda tal-Malti – Università

L-Għaqda tal-Malti – Università ħatret kumitat ġdid li se jservi bejn l-2021–2023.

Il-membri eletti huma Keith Attard, Raquel Sammut, Anthea Enriquez, Romario Sciberras, Deborah Muscat, Raffaello Bezzina, Nicole Mangion u Sara Abela.

Din is-sena ma saritx l-elezzjoni minħabba li kien hemm biss tmien nominazzjonijiet.

Madankollu kull nominat ġie approvat mill-membri kollha preżenti għal-Laqgħa Ġenerali Annwali li fiha nħatar il-kumitat.

L-irwoli tal-membri fil-kumitat huma:

President: Keith Attard

Viċi President: Raquel Sammut

Segretarja: Anthea Enriquez

Assistent Segretarju: Romario Sciberras

Teżoriera: Deborah Muscat

Assistent Teżorier: Raffaello Bezzina

Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi: Nicole Mangion

Assistenta Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi: Sara Abela

Membru Ex Officio: Dr Michael Spagnol