Avjazzjoni
Kumpanija Ingliża tat-taħriġ għall-ekwipaġġi tal-ajru se tibda topera f’Malta

Il-kumpanija Ingliża Corporate Flight Training (CFT), li tipprovdi taħriġ għall-ekwipaġġi tal-ajru, se tibda topera f’Malta.

Id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan l-Awtorità Transport Malta tat ċertifikat lill-kumpanija biex tkun tista’ tibda topera minn Malta.

CFT, li topera mill-ajruport ta’ Luton, kienet rebħet l-unur tal-aqwa kumpanija Ingliża li tipprovdi dan it-tip ta’ taħriġ. Din tispeċjalizza f’ taħrig għal operaturi tal-avjazzjoni kummerċjali, toħroġ attestazzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-ajru kif ukoll taħriġ lill-linji tal-ajru Ewropej.

Il-Kap tat-taħriġ ta’ CFT, Yasmin Milner,  qalet li dan kien pass naturali għall-kumpanija biex timxi lejn Malta hekk kif l-industrija tal-avjazzjoni kull ma jmur qed tkompli tikber fil-pajjiż.

Id-Direttur tad-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili, il-Kaptan Charles Pace, qal li CFT hija ħolqa oħra minn kullana ta’ kumpaniji li qed jaraw opportunitajiet tajba f’pajjiżna u b’hekk qed jinvestu fl-industrija tal-avjazzjoni Maltija għaliex jemmnu li l-ġurisdizzjoni hija waħda kompetittiva ferm madwar id-dinja.

Dan it-taħriġ se jkun qed jingħata darbtejn fix-xahar f’Malta u f’Luton, fl-Ingilterra.

 

Aħbarijiet Oħra
Tfal

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ ħarsien Soċjali Matthew Vella qal dawn il-linji gwida jirriflettu verament dak li għandhom bżonn it-tfal u saru wara konsultazzjoni wiesgħa ankè ma’ tfal li…

Qorti

Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan il-qtil. It-tim legali tal-familja ippreżenta dossier dwar Josef Caruana,…

Kronaka

Żewġt irġiel ġew arrestati llum fuq suspett li lbieraħ kienu involuti f’aggressjoni f’Buġibba. Il-Pulizija qalet li kmieni lbieraħ, għall-ħabta tal-5.00am, fl-Għassa tal-Qawra daħlu żewġt irġiel barranin, b’wieħed minnhom bid-demm ħiereġ…

Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Aktar