Lokali
Kumpanija Iżraeljana li taħdem riġlejn prostetiċi bi klinika f’Malta

Kumpanija Iżraeljana li tispeċjalizza fil-manifattura tar-riġlejn u s-saqajn prostetiċi, fetħet klinika f’Malta.

Fl-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan l-investiment juri li Malta qed tattira investiment dirett barrani, bil-kumpanija se ssaħħaħ in-niċċa tat-turiżmu mediku f’Malta.

Meron Advanced Orthopedic, kumpanija Iżraeljana, li tipproduċi riġlejn u dirgħajn prostetiċi għal min jitlifhom minħabba mard jew b’xi inċident jew diżabbiltà, fetħet klinika f’Malta.

Il-kumpanija, b’50 sena esperjenza f’dan il-qasam, qed timmira li toffri s-servizzi tagħha lil pazjenti, anke barranin, li jiġu għall-kura f’Malta għax ikollhom bżonn xi intervent prostetiku.

Israel Pilosof, l-ispeċjalista li jaħdem il-partijiet prostetiċi, qal li l-kumpanija għażlet lil Malta minħabba fost oħrajn il-pożizzjoni strateġika tagħha. “We also think about the countries that are around Malta and to bring a lot of medical tourism to Malta because I think Malta is at the centre of countries around.”

Tkellem ukoll dwar il-pjani tal-kumpanija. “We came here in Malta not just to work but to hire people, to teach the Maltese people how to work and for future for the Maltese worker.”

Wieħed mill-klijenti tal-kumpanija huwa Ofer Stahl, li 20 sena ilu tilef riġlejh f’inċident bil-mutur. Huwa għandu sieq artifiċjali u jistqarr li din biddlitlu ħajtu mil-lejl għan-nhar.

“I am a mountain bike instructor. I am doing it without feeling down by others. I just do my thing and my leg is always there for me,” qal Stahl.

Fl-inawgurazzjoni ta’ din il-klinika, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa eżempju ieħor ta’ kif Malta qed tattira investiment dirett barrani. Dr Muscat qal li din il-kumpanija se tattira pazjenti barranin f’Malta u b’hekk issaħħaħ in-niċċa tat-turiżmu mediku f’Malta.

Aħbarijiet Oħra

Il-kumpanija għall-immaniġġjar tal-iskart, Wasteserv, qalet li qed iżżid l-isforzi biex il-pajjiż itejjeb ir-rata tar-riċiklaġġ. Wara l-akbar esportazzjoni f’seba’ snin ta’ fdalijiet ta’ ħġieġ, fil-landfill tal-Għallis bħalissa għaddejja operazzjoni kbira biex…

Sean Grech ta’ 26 sena mis-Siġġiewi ġie mixli li kkaġuna ġrieħi ħfief lit-tfajla tiegħu. Iż-żagħżugħ, li hu wkoll missier, ġie mixli li bl-imġieba tiegħu kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza…

Ħmistax-il ġurnata ‘l bogħod mill-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, iż-żewġ kandidati – Adrian Delia u Bernard Grech – qalu tagħhom dwar ir-rapport ta’ due diligence li sar dwarhom u li ġie…

Il-Wasteserv reġgħet ċaħdet allegazzjonijiet li saru fuq l-operat tagħa f’Għawdex u qalet li mill-investigazzjoni li għamlet irriżulta li dawn huma infondati. Fi stqarrija b’referenza għal artiklu ppublikat f’Il-Mument ġimagħtejn ilu,…

Aktar