Artiklu bi ħlas
Kumpanija ta’ logħob diġitali bbażata f’Malta tikkontribwixxi għal għanijiet ta’ karità

MrCasinova.com hija kumpanija tal-affiliate marketing li taħdem qatigħ biex il-konsumaturi jkollhom divertiment garantit fl-industrija tal-logħob onlajn. Lil hinn mill-professjonalità fix-xogħol, fit-talija kumpanija jispikkaw daqstant’ieħor valuri karitattivi hekk kif it-tim ta’ MrCasinova.com iddeċieda li jintroduċi programm ġdid bil-għan li l-kumpanija tagħti sterlina għal kull konsumatur ġdid lil għadd ta’ organizzazzjonijiet li qed jagħmlu d-dinja post aħjar.

Fi stqarrija, il-kumpanija spjegat li malli tispiċċa s-sena 2020, l-ammont miġbur se jingħata minnufih lill-organizzazzjonijiet magħżula. F’dan l-isfond, MrCasinova.com qed tfittex gruppi u għaqdiet non-governattivi li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.

Din is-sena x-xorti messet lil Mark Slats li se jkun qed jibbenefika mid-donazzjonijiet ta’ MrCasinova.com. Liema fondi, mistennija jagħtuh daqqa t’id liema bħalha fl-avventura tiegħu. Slats, fost l-oħrajn, jipparteċipa fit-tiġrijiet, u jimmotiva u jispira lil ħaddieħor billi jkun kelliem f’għadd ta’ avvenimenti internazzjonali. Matul liema interventi, b’mod speċjali, huwa jisħaq li fil-ħajja kollox huwa possibbli.

Fi ftit kliem, l-avventura li jmiss hija t-Talisker Whisky Atlantic Challenge 2020/2021, magħrufa wkoll bħala l-World’s Toughest Row. Sfida tal-qdif fl-oċean, li se tieħu lil Slats aktar minn 3,000 mil fil-Punent bil-għan li jgħin kemm jista’ ‘l nies li qed jissieltu mal-marda tal-kanċer. Kalvarju, li Slats jaf x’iġifieri hekk kif ommu stess mardet bil-kanċer ħames snin ilu.

Il-pubbliku mħeġġeġ jagħti daqqa t’id ‘il Slats bħal m’għamlet il-kumpanija MrCasinova.com billi jżur din il-websajt u jagħti ammont minimu ta’ €10.

Intant, min jixtieq jissuġerixxi xi għaqda nobbli ‘l MrCasinova.com, jista’ jibgħat email hawn. Biex issir aktar midħla tad-donazzjonijiet li MrCasinova.com qed tagħti, agħfas hawn.

Sors: https://mrcasinova.com/new-casinos/