Blockchain
Kumpanija tal-blockchain ser tiftaħ il-kwartieri ġenerali tagħha f’Malta

Il-Ko Fundatur tal-Apple, Steve Wozniak, ħabbar li l-kumpanija tal-blockchain Efforce ser tiftaħ il-kwartieri ġenerali tagħha f’Malta.

Steve Wozniak, li huwa wkoll il-ko fundatur tal-Efforce, qal li Malta hija miftuħa għall-opportunitajiet tat-teknoloġija ġodda u fil-qasam tal-blockchain. Huwa qal li kien għalhekk  li l-kumpanija, li tispeċjalizza fl-enerġija effiċjenti, twaqqaf  il-kwartieri ġenerali tagħha f’Malta. Esprima x-xewqa li kumpaniji oħrajn jimxu fuq il-passi tiegħu biex jinvestu f’Malta.

”I like joining things when people are going of new and first directions like this. I like novel things and I don’t join many foreign companies at all in my life so I m hoping that our example causes a lot of other people say “wow – we want to also have some of the  advantages of blockchain done this way”. I hope to help make Malta a world center for that.”

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, Silvio Schembri qal li bil-qafas regolatorju li nħoloq, Malta hi ta’ eżempju għal pajjiżi oħra. Esprima sodisfazzjon li issa Malta qed tattira innovaturi bħal Steve Wozniak.

”Il-fatt li inti ġibt l-isem biss diġa’ huwa biżżejjed għax ser ikun qed jattira wkoll l-interess nazzjonali għax persuna bħal Steve Wozniak mhux ser imur fi kwalunkwe pajjiż – kif fil-fatt semma’ hu – jkunu qed jagħmlu diversi studji fejn ser ikunu jmorru.”

Fil-konferenza tnediet edizzjoni oħra tad-Delta Summit li ser issir f’Ottubru li ġej u li matulu ser jiġu diskussi l-blockchain u l-industrija tal-cryptocurrency.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija li jaħdem fil-kafeterija tal-vapuri tal-Gozo Channel wieġeb mhux ħati li seraq €1,500 mill-basket ta’ mara li ħallietu warajha fuq mejda. Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati tas-CCTV…

Aktar