
Il-kumpanija tal-gaming li kellha esebizzjonijiet tal-pole dancing waqt il-konferenza ICE iġġustifikat il-wirjiet tagħha billi ddeskriviet il-pole dancing bħala sport.
Regolatur Ingliż tal-‘gaming’ kien wissa’ lill-kumpaniji li jipparteċipaw fil-konferenza ICE biex iżommu lura mis-sessiżmu. Minkejja dan l-avveniment xorta waħda spiċċa miżgħud b’mudelli lebsin ftit ħwejjeġ u bi żfin provokanti.
Waħda mill-iktar kumpaniji li qajmet kontroversja waqt il-konferenza kellha esebizzjonijiet erotiċi tal-‘pole dancing’ li ftit li xejn kienu relatati mal-logħob tal-azzard. Kumpanija oħra kellha esebizzjoni taż-żfin bit-tema tal-Playboy, b’rabta ma’ logħba li kienet għadha kif varat.
Dwar din il-kontroversja, kumpanija tal-gaming spjegat li biex tirriklama waħda mil-logħbiet il-ġodda tagħha għamlet preżentazzjoni bil-pole dancing. Hija qalet li l-pole dancing huwa sport li jsir minn atleti nisa professjonali. Saħqet li tant hemm livell ta’ professjonalità li l-pole dancing iwaħħad is-saħħa u l-flessibiltà.
Dwar il-ħwejjeġ, il-kumpanija kellha ġustifikazzjoni wkoll. Hija qalet li l-ħwejjeġ li kienu liebsa n-nisa huma meħtieġa għal dan l-isport partikolari. Qalet li dan l-isport jeħtieġ li l-atleti jkollhom kuntatt dirett mal-pole biex jevitaw li jiżolqu u jweġġgħu.
Hija qalet li l-ilbies li jilbsu, jilbsuh minħabba s-saħħa u s-sigurtà tan-nisa.
Ara wkoll:
Nisa jiżfnu mal-pole waqt konferenza tal-gaming iqajmu kontroversja
Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…
Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…
Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…
Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…