Saħħa
Kumpanija toffri sa’ €18,000 biex tgħin impjegati tagħha jsiru ġenituri

Il-kumpanija multi-miljunarja Amerikana, Goldman Sachs, qed toffri l-possibilità lill-ġenituri prospettivi fl-istaff tagħha, massimu ta’ €18,000, bil-għan li jkunu jistgħu jastrattaw il-bajd, jew inkella jixtruhom mingħand donatur.

Dan qed tagħmlu bħala parti mill-isforzi tagħha biex tnaqqas id-differenza fis-salarju bejn l-irġiel u n-nisa.

Din hija l-ewwel darba li Goldman qed tipprovdi fondi għaż-żewġ proċessi, jiġifieri kemm dik li testratta l-bajd, kif ukoll li tixtrihom. B’din il-miżura se tkun qed iżżid iċ-ċansijiet ta’ ġenituri prospettivi li huma tal-istess sess, lil nisa li mhumiex lesti għalissa iżda jixtieq jiffriżaw il-bajd, jew lil dawk il-koppji li qed isibuha iebsa biex ikollhom it-tfal.

F’memo li rċieva l-istaff, iffirmata minn persuni b’karigi għoljin fil-kumpanija, ingħad kif dawn il-benefiċċji huma disinjati biex tippermetti lil kull membru fl-istaff tal-kumpanija, biex ikompli jimxi ‘l quddiem fil-karriera tiegħu, waqt li jibda familja.

Il-kumpanija se tkun qed toffri lill-impjegati madwar €9,000 biex tkopri l-ispiża tat-tneħħija tal-bajda, fejn il-mara tkun qed tneħħi l-bajda minn ġufha, u żżomha fi freezer. Is-somma se tkopri wkoll kors ta’ injezzjonijiet, li jistimulaw l-ovarji, biex jipproduċu bajd li kapaċi jkun estrattat. Intqal kif din normalment hija l-ikbar spiża li jaffaċċjaw persuni li jkunu jixtiequ jagħmlu din il-proċedura. L-istaff imbagħad, se jkun mistenni jħallas hu għall-iffriżar tal-bajd, li jiswa madwar mija u ħamsin, u tliet mitt ewro.

L-istaff se jkun offrut ukoll, sa’ €18,000 biex jixtru l-bajd mingħand donatur.

Il-kumpanija qalet li dawn il-miżuri se jkunu qed itejjbu fuq dik passata, fejn kienu jingħataw €4,500 biex iħallsu persuna oħra ġġorrilhom it-tarbija f’ġufha, għal massimu ta’ €18,000.

Għal min imbagħad jippreferi li jaddotta, l-istaff se jirċievi sa’ massimu ta’ €9,000.

Il-benefiċċji, li ġew introdotti fl-1 ta’ Novembru, jaslu sena wara li Goldman Sachs żiedet l-IVF, u l-operazzjoni tal-bdil tas-sess, bħala parti mill-perkaċċi tagħha. Introduċiet benefiċċju għal dawk il-ġenituri li jaħdmu ‘l bogħod mid-dar, l-opportunità li jwasslu għand uliedhom ħalib mis-sider tal-omm, flimkien ma’ professjonisti biex jeħdu ħsieb lil uliedhom, jew l-anzjani tagħhom, jekk ikunu morda.

Ingħad kif għadd ta’ kumpaniji dan l-aħħar qed isaħħu dawn it-tip ta’ benefiċċji, f’mossa biex tkompli titnaqqas id-differenza fis-salarju bejn in-nisa u l-irġiel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu. Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex…

Barranin

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001. L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet…

Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Barranin

Inċident sfortunat ħalla tarbija ta’ sentejn mejta wara li tqaċċat air conditioner mit-8 sular ta’ binja. Omm kienet qed tmexxi lil bintha f’pushchair f’żona residenzjali f’Toronto meta seħħ l-inċident. It-tifla…

Aktar