Kumpanija Tuneżina ser toffri €2.87 għal kull sehem lill-azzjonisti tal-GO

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Tuneżina li tinsab f’negozjati biex tixtri l-kumpamnija GO, ħabbret li ser tagħmel offerta lill-azzjonisti tal-GO biex tixtri mingħandhom l-ishma bil-prezz ta’ €2.87 għal kull sehem.

It-Tunisie Telecom ħabbret ukoll l-intenzjoni tagħha li meta takkwista l-kumpanija GO, din ser tibqa’ kumpanija pubblika bl-ishma tagħha jibqgħu jiġu negozjati fil-Borża ta’ Malta.