Kumpaniji
Kumpaniji li sfrattawlhom il-pjani għall-fieri internazzjonali jistgħu jieħdu rifużjoni

Kumpaniji li kellhom jitilgħu bil-prodotti tagħhom f’fieri internazzjonali iżda spiċċaw minn taħt minħabba l-imxija, se jkunu eliġibbli għal rifużjoni minn TradeMalta li tkoprilhom parti mill-ispejjeż li ħarġu.

Waqt li elenka d-dettalji tal-iskema li tħabret fil-pjan għar-rigenerazzjoni ekonomika, il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, qal li 120 kumpanija mistenni jibbenefikaw mill-allokazzjoni ta’ €400,000.

Kumpaniji li kienu se juru s-servizzi u l-prodotti tagħhom f’fieri internazzjonali, u l-pjani tagħhom sfrattaw minħabba l-imxija, se jkunu eliġibbli għal rifużjoni minn TradeMalta li se tkopri parti mill-ispejjeż li nefqu. Il-Kap Eżekuttiv ta’ TradeMalta, Anton Buttigieg, qal li diversi esebituri tilfu l-flus għax l-organizzaturi tal-fieri ma tawhomx flushom lura minkejja li l-fieri tħassru.

“F’dawk il-każijiet fejn dik ir-rifużjoni ma ngħatatx mill-organizzaturi aħna se ngħinuhom billi ntuhom sa massimu ta’ €25,000 lura mill-ispejjeż li kienu diġà għamlu biex jesebixxu f’dawn il-fieri,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ Trade Malta, Anton Buttigieg.

L-iskema taħseb biex il-kumpaniji jibbenefikaw sa €10,000 biex jirreklamaw il-prodotti tagħhom fuq l-internet filwaqt li jħarrġu lill-ħaddiema tagħhom fir-reklamar diġitali. L-iskema għandha allokazzjoni ta’ €400,000 u minnha, mistenni jibbenefikaw 120 kumpanija.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, qal li din l-iskema se tagħti nifs lill-kumpaniji Maltin filwaqt li ttaffilhom ftit mill-piżijiet li ġew fuqhom bla mistenni minħabba l-imxija.

“Jekk naraw li dawn l-iskemi huma ta’ suċċess u l-uptake kien tajjeb u r-riżultat kien pożittiv, iva l-Gvern ikompli jħares biex jespandi u jsaħħaħ dawn il-miżuri,” qal il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri.

L-intrapriżi eliġibbli għall-iskema joperaw f’diversi oqsma fosthom fil-manifattura, l-edukazzjoni u r-riċerka.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

Aktar