NGOs
Kumpaniji lokali jagħtu €115,000 għall-proġett ta’ Saint Michael Hospice

Hospice Malta ngħatat għotja ta’ €115,000 mill-kumpanija Farsons, Farrugia Investments u Multigas Limited, għal progett tagħha ta’ Saint Michael Hospice, li ser ikun l-ewwel kumpless avvanzat tal-kura paljattiva, wara li ftit tal-jiem ilu l-Knisja għaddiet il-bini tal-Istitut Adelaide Cini lil Hospice biex jintuża għal dan il-proġett.

Il-progett tal-Malta Hospice Movement biex tibdel binja f’kumpless għall-kura paljattiva kiseb l-appoġġ finanzjarju tal-Fondazzjoni Farsons u l-affiljati tagħha Farrugia Investments u Multigas Limited, li wegħdu għotja ta’ €115,000 fuq perjodu ta’ tliet snin għal progett ta’ Saint Michael Hospice.

Dan ser isir fl-Istitut Adelaide Cini f’Santa Venera, li ġie mgħoddi mill-knisja lill-Hospice biex tipprovdi aktar kura paljattiva lil persuni li jkun waslu fl-aħħar ta’ ħajjithom. Il-kumpless se jkollu, fost oħrajn, faċilitajiet residenzjali għall-pazjenti u servizzi ta’ terapija.

Iċ-chairperson ta’ Hospice Malta, Maria Gatt, qalet li din l-għotja ġiet f’mument importanti għal dan il-proġett, minħabba li għadha kif bdiet it-triq għall-iffinanzjar tiegħu. Spjegat li minħabba li Hospice Malta toffri s-servizzi tagħha bla ħlas, tiddependi għal kollox fuq donazzjonijiet volontarji biex tkun tista’ tkompli bil-kura li toffri.

“Meta bdejna niddiskutu ma’ Farsons, l-idea kienet li jgħinuna fil-proġett ta’ St Michael Hospice, li se jkollu bżonn ħafna għajnuniet, fosthom il-kitchen and dining facilities li se jkun hemm bżonn hawn. Peress li aħna issa s-servizzi tagħna mhux se jibqgħu biss fil-komunità, jiġifieri biex jilħqu lill-pazjenti fid-dar, imma se nkunu wkoll nistgħu nilqgħu pazjenti in house,” qalet is-Sinjura Gatt.

Iċ-Chairman tal-kumpanija Farsons, Louis Farrugia qal li l-kumpanija dejjem emmnet fil-proġett tal-Hospice Malta, u għalhekk qed tagħti din id-donazzjoni. “Għandna opinjoni għolja tal-mod kif tiġi mmexxija u ovvjament il-bżonn li hemm fil-komunità ta’ dawn is-servizzi li qed joffru. Farsons minn dejjem kienet minn ta’ quddiem biex tgħin lill-komunità.”

Is-sur Farrugia qal li ħafna Maltin kellhom membri tal-familja li kellhom bżonn is-servizz ta’ Hospice Malta tul is-snin, u l-proġett ta’ Saint Michael Hospice għandu l-potenzjal li jagħmel differenza enormi fil-komunità.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

“In-nannu dejjem kien jgħidli li l-baħar tad-Dwejra hu l-isbaħ baħar li hawn fil-Mediterran u llum dan nista’ nikkonfermah” Annie Formosa hi l-kuratriċi ta’ ċentru ta’ edukazzjoni ambjentali dwar il-baħar li…

Lokali

Il-ġmiel ta’ pitturi li jiksu l-ħitan tal-kappella privata f’Palazzo De La Salle, li jinsab fil-parti t’isfel ta’ Triq ir-Repubblika, il-Belt, jistgħu jerġgħu jiġu apprezzati mill-pubbliku hekk kif tlesta r-restawr tagħhom….

Għawdex

Waqa’ fil-muta l-arloġġ taċ-Ċittadella f’Għawdex. Il-mekkaniżmu tal-arloġġ li għandu kważi mitejn u ħamsin sena żżarma minn postu u qed jiġi restawrat għand kumpanija ta’ arluġġara f’Għawdex stess. Il-mekkaniżmu mistenni jitreġġa’…

Kunsilli Lokali

Is-Sindki ltaqgħu madwar mejda biex jiddiskutu l-viżjoni tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. Matul il-laqgħa, diversi sindki qajmu kwistjonijiet li qed jiffaċċjaw li qalu qed ixekkluhom milli jħarsu fit-tul. Il-viżjoni, li…

Aktar