Annimali
Kumpens għal min jaqbad din il-ħuta aljena għall-Mediterran

Jidher li t-tibdil fil-klima, li fost oħrajn qiegħed iwassal għal żieda fit-temperatura tal-baħar, hu l-kaġun li biex ħut aljen qed jibqa’ jgħix fil-Mediterran wara li jiddaħħal mal-ballast tal-vapuri. Il-bijologu marittimu, Alan Deidun, qal lil Television Malta li fl-aħħar ġimgħat inqabdet ħuta magħrufa bħala l-Queen Angelfish u ħut aljen ieħor li jagħmel ħafna ħsara lil biodiversita’ tal-Mediterran.

Il-Queen Angelfish hija ħuta aljena għall-Mediterran li fl-aħħar gimghat inqabdet fil-Port Hieles. Il-Professur Alan Deidun qal li probabilment il-ħuta ddaħħlet ġol-ballast ta’ vapur mill-Karibew.

“Issa Malta għandna fuq 80 speċi ġodda fl-ibħra tagħna, din qatt ma kienet ġiet rappurtata qabel u fil-Mediterran kollu din hija t-tieni qabda ta’ din l-ispeċi, inqabdet fil-Kroazja biss u f’Malta, din it-tieni darba. Probabilment għandu x’jaqsam mal-fatt li Malta it-tbaħħir is-shipping hija daqshekk importanti,” qal il-bijologu marittimu il-Professur Alan Deidun.

Il-Professur Deidun qal li l-problema tqum meta dawn l-ispeċi aljeni jirroproduċu f’daqqa u jsiru invażivi b’konsegwenza għall-ħlejjaq indiġini tal-baħar fil-gżejjer Maltin.

“Diġà għandna numru ta’ speċi invażivi f’Malta tal-baħar fosthom il-Blue swimmer crab li fortunatament qed jittiekel ukoll, imma fortunatment sa ċertu punt għax irid jiekol ukoll, u bħalissa l-Università ta’ Malta qegħdin nistudjaw il-kontenut tal-istonku tiegħu għax dan jaf qed jiekol il-bajd ta’ ħut li qed jaqbad is-sajjied Malti jew qed jinpatti xi abitat importanti. Ħafna drabi l-impatti ta’ dawn l-ispeċi jkunu negattivi,” qal il-Professur Deidun.

Il-Professur Deidun qal li qiegħed jistenna li ħuta invażiva magħrufa bħala l-lion fish li tagħmel ħafna ħsara, tasal fl-ibħra Maltin.

L-Università ta’ Malta qiegħda toffri kumpens lil persuni li jaqbdu dawn l-ispeċi hekk kif jarawhom, biex trażżan il-firxa ta’ dawn l-ispeċi, u tiġi evitata ħsara fuq l-biodiversità fl-ibħra madwar Malta u Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar