Qorti
Kumpens li jrid jagħti tabib dwar inċident tat-traffiku mnaqqas wara żball fil-kalkolu tal-maġistrat

Tabib li kien ikkundannat iħallas koppja €59,900 wara li nżamm responsabbli ta’ inċident tat-traffiku li kien seħħ Għawdex fl-2016 kellu s-somma mnaqqsa għal €14,530 wara li rriżulta li kien hemm żball fil-kalkolu li għamlet il-maġistrat.

Dr Michael Portelli kien inżamm responsabbli tal-inċident li kien seħħ fil-21 ta’ Diċembru fi Triq ir-Rabat, Żebbuġ, fejn skidja bil-karozza tiegħu u baqa’ dieħel f’dik li kien fiha l-koppja Paul u Lucia Saliba.

Huwa appella mal-maġistrat minħabba dan l-iżball u din irrikonoxxiet li għamlet kalkolu ħażin. Kien għalhekk li laqgħetlu t-talba biex l-ammont tal-kumpens jitnaqqas kif imsemmi.

 

Ara wkoll:

 

Tabib ordnat jagħti €59,900 lil koppja wara li skidja fihom