Kultura
Kunċert b’xejn mill-Banda ta’ Kristu Re

Għada l-10 ta’ Novembru, is-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re se ttella l-kunċerti mużikali tagħha, fis-Sala Temi Zammit fl-Università ta’ Malta, fis-7 ta’ filgħaxija.

Il-kunċert ta’ din is-sena ingħata l-isem ta’ ‘De Paule in Concert – Grandioso’, qalet il-banda fi stqarrija. Żiedet tgħid li l-kunċert se joffri spettaklu kbir b’esperjenzi mużikali, vokali, u viżivi mill-aqwa. Spjegaw kif għal din is-sena intagħżlet mużika varjata li tolqot lil kull ġeneru, fejn apparti mużika ta’ Bethoven u Strauss, se tindaqq mużika li se tindaqq għall-ewwel darba minn banda Maltija.

Mil-lat konteporanju se jindaqqu diski tal-grupp ‘Queen’, flimkien ma’ diski minn films popolari, u diski pop. Ser tindaqq ukoll bicca mużika taħt id-direzzjoni ta’ Surmast Onorarju li kien id-direttur tal-Banda meta’ rebħet il-konkors tal-Baned, 25 sena ilu.

Id-direzzjoni mużikali u artistika ta’ dan il-Kunċert ser tkun dik David Joseph Sammut, surmast direttur tal-istess Banda. Sammut għandu bosta esprjenzi f’dan il-qasam kemm f’Malta kif wkoll barra minn Malta fosthom fl-Italja u Dubai.

Aktar informazzjoni dwar da nil-Kunċert tinstab fuq il-paġna uffiċċjali tas-Socjeta fuq Facebook – Socjeta Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule Banda Kristu Re jew fuq il paġna bl-isem ta’ De Paule in Concert – Grandioso

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas iżda jkun apprezzat jekk min jattendi jagħti
donazzjoni mad-dħul tal-kunċert b’risq is-Soċjeta’. Għal biljetti idhlu fuq din il-link :https://www.ticketarena.com.mt/ticket/?event=489061

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-Budget ta’ Malta għas-sena d-dieħla, hekk kif tqis li huwa skont ir-rekwiżiti fil-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir għall-2020. Fi stqarrija, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna nnota b’sodisfazzjon li…

Lokali

Sebgħa u disgħin fil-mija tal-każijiet li investiga l-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-2018 ngħalqu. Is-Segretarju Permanenti Ewrlien, Mario Cutajar qal li dawn iċ-ċifri juru bl-aktar mod ċar l-importanza li l-Amministrazzjoni Pubblika tagħti lill-Uffiċċju…

Qorti

Sean Grech ta’ 29 sena minn Bormla baqa’ arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serq aggravat minn dar ta’ anzjan f’Bormla. L-anzjan ta’ 71 sena sofra ksur f’imnieħru. Fil-Qorti ntqal…

Aktar