Lokali
Kunċert kuljum sal-ewwel ta’ Mejju

Mill-bieraħ beda kunċert kuljum sal-ewwel ta’ Mejju bis-sehem ta’ ħafna ismijiet kbar internazzjonali fil-qasam tal-mużika klassika fis-sitt edizzjoni tal-Malta International Music Festival deskritt bħala l-akbar festival tal-mużika klassika li qatt ġie organizzat f’Malta.

Fetħu l-Malta International Music Festival, il-Cosmopolitan Trio Vienna b’kunċert fis-sala Robert Sammut il-Floriana. Huma daqqew xogħlijiet għal vjolin, pjanu u ċ-ċello tal-kompożituri Haydn, Beethoven u Schubert kif ukoll Romanza tal-kompożitur Malti li miet ftit tal-ġimgħat ilu, Joseph Vella.

Minbarra xogħlijiet ta’ Vella, matul il-jiem tal-festival se jindaqqu xogħlijiet ta’ kompożituri oħra Maltin fosthom ta’ Charles Camilleri u Karl Fiorini u tal-kompożitur Alexey Shor li kkompona fost oħrajn “Images from the Great Siege” li se jindaqq għall-ewwel darba waqt dan il-festival. Xogħlijiet oħra tiegħu se jindaqqu waqt il-kompetizzjoni Internazzjonali tal-pjanu li qed issir Malta, u li se tkun parti minn dan il-festival.

It-Tnejn jibdew il-kunċerti orkestrali f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt bis-sehem ta’ erba’ solisti mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, Carmine Lauri bil-vjolin, Rebecca Hall bil-flawt, Brit Arend bl-arpa u Etienne Cutajar bil-kornu f’kunċert mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tal-Armenja.

Direttur Artistiku Fondazzjoni Ewropea għall-Appoġġ tal-Kultura, Alan Chircop qal “l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, għandha kunċert nhar l-Erbgħa 18 ta’ April fejn se jkunu qed jieħdu sehem f’kunċert li huwa ntitolat Khachaturian fl-anniversarju tiegħu u allura hemm expectatioins qawwija wkoll li naraw l-Orkestra Maltija tieħu sehem fuq l-istess stage internazzjonali ta’ dawn l-ismijiet kbar li aħna għandna f’dan il-festival.”

Iċ-chairman tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, Sigmund Mifsud qal li l-Orkesta hija kburija li hija msieħba f’dan l-akbar festival tal-mużika klassika li qatt ġie organizzat f’Malta. Qal li l-missjoni tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta hi li teduka lill-Maltin japprezzaw aktar il-mużika klassika u dan il-festival huwa opportunità tad-deheb għax il-pajjiż qatt ma ra daqshekk ismijiet kbar jiġu jdoqqu f’Malta.

Il-Malta International Music Festival huwa l-qofol ta’ attivitajiet li ilha torganizza l-Fondazzjoni Ewropea għall-Appoġġ tal-Kultura u qed jittella’ wkoll bħala parti mill-attivitajiet ta’ Valletta 2018. Il-festival għandu wkoll l-appoġġ fost oħrajn tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u tal-Public Broadcasting Services.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-ajruport qabdu mad-€19,000 fi flus mhux iddikjarati waqt kontrolli ta’ rutina fis-sala tat-tluq. Passiġġiera Maltija li kienet se taqbad titjira lejn Istanbul ġiet mistoqsija jekk jekk kellhiex…

Budget

Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat, jitkellem dwar dak li l-GTA qed tistenna mill-baġit 2019:

Ambjent

Il-Gvern qassam aktar minn tliet mitt siġra lil seba’ kunsilli lokali. Il-lokalitajiet: il-Marsa, l-Imdina, il-Fgura, il-Gudja, Santa Luċija, il-Ħamrun u San Ġiljan ingħataw is-siġar fuq talba tagħhom stess biex ikomplu…

Budget

Il-Kap tal-Politika tal-Kamra tal-Kummerċ, Andre Fenech, jitkellem dwar dak li qed tistenna l-Kamra mill-baġit 2019:

Aktar