Mużika
Kunċert li jissimbolizza r-ritorn tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-kunċerti live mal-udjenzi wara l-perjodu diffiċli tal-Covid-19

Il-Valletta Waterfront qed tospita mumenti ċinematiċi u mużikali għall-festival tas-Sajf li qed issir b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’wieħed mill-ewwel festivals kulturali live wara l-waqfa tal-Covid-19.

Fl-isfond tax-xenarju mill-isbaħ tal-fortifikazzjonijiet storiċi tal-Port il-Kbir, tidwi l-mużika melodjuża waqt il-provi għall-kunċert li jissimbolizza r-ritorn tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-kunċerti live mal-udjenzi wara l-perjodu diffiċli tal-Covid-19.

B’erba’ ġimgħat konsekuttivi ta’ attivitajiet kulturali fil-Valletta Waterfront, l-APS Summer Festival qed iwassal avvenimenti mużikali li jvarjaw fl-istili u l-ġeneri, minn jazz għal musicals u s-sehem ta’ gruppi bħar-Red Electrick u l-artista Nadine Axisa mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-fergħa taż-żgħażagħ tal-Orkestra.

Dawn il-kuncerti mużikali huma kkumplimentati minn iljieli ċinematiċi, żfin, kummiedja u interpretazzjoni ta’ poeżiji. Jean Attard mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta qal li l-avvenimenti qed isiru f’ambjent miftuħ b’arranġamenti loġistiċi li jirrispettaw id-distanza soċjali.

”L-arti permezz tiegħu se toffri ispirazzjoni biex flimkien nerġgħu nħarsu lejn il-futur b’pożittività għandna stili mużikali għanda stili differenti dal weekend għandna musicals u naħseb li bħalma l-arti kienet bħalna kollha ġewwa, offriet soljev fosthom il-films, l-arti u musical issa l-arti tista’ tkun dik in-niċċa li tgħinna nħarsu lejn il-futur b’pożittività.”

Nadia Vella hija soprano li qed tħares lejn ir-ritorn tal-attivitajiet kulturali b’entużjażmu.

”Il-kunċert huwa qisu bidu ġdid, iż-żmien tal-Covid-19 ovvjament għall-artisti ma kienx żmien sabiħ, hija differenti li tagħmel xi ħaġa virtwali online streaming u affarijiet hekk milli għandek udjenza quddiemek meta tħares minn fuq il-palk u tara dawk in-nies u qed tikkomunika.”

Anki Fiorella Camilleri li hija flawtista mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fissret il-kuntrast tal-kuntentizza ta’ kunċerti bħal dawn wara is-skiet tal-Covid-19.

”Li ma ddoqx mal-mużiċisti l-oħra għal tliet xhur mhix faċli u issa però, dan il-programm huwa live u s-soltu konna dejjem recordings, issa qed indoqqu għall-udjenza, din taffettwa ħafna għax ovvjament hija xi ħaġa ħajja, qed iddoqq ma’ ħaddieħor u żbalji u mhux żbalji trid tkun hemmhekk u tkun kkonċentrata u hemm in-nies ovvjament li japprezzaw u jkunu jistgħu jieħdu pjaċir bil-prestazzjoni tagħna.”

L-APS Summer Festival huwa mtella’ mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-Valletta Cruise Port u huwa appoġġjat mill-Awtorità tat-Turiżmu, Studio Seven, l-Embassy Cinemas u l-Island Insurance Brokers.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Qorti

Raġel ta’ 41 sena ta’ nazzjonalità Spanjola u residenti n-Nadur, Għawdex, ġie akkużat talli lbieraħ fi Triq ir-Rokon, San Lawrenz, Għawdex, ta fastidju sesswali lil ġuvni mingħajr il-kunsens tiegħu. L-akkużat…

Aktar