Mużika
Kunċerti mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fid-djar tal-anzjani

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ħabbret sensiela ta’ kunċerti bit-tema Flimkien, fi djar u villaġġi għall-anzjani.

Il-kunċerti li se jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu għandhom l-għan li jwasslu messaġġ pożittiv u ta’ tama lir-residenti u ‘l dawk li jduru bihom.

Waqt li jobdu r-regoli b’rabta mal-Covid-19, dan il-proġett tal-MPO se jkun qed jippromwovi l-mużika klassika filwaqt li joffri pjattaforma unika għal vjaġġ emozzjonali lil dawk l-indiwidwi li huma affetwati mill-pandemija.

Iċ-Ċermen Eżekutiv tal-MPO Sigmund Mifsud qal li l-orkestra hija komessa li tikkontribwixxi lejn il-ġid ħolistiku tas-soċjetà.

Id-djar li fihom se jsiru l-kunċerti jinkludu Jasmine Nursing Home, Hilltop Gardens, Casa Antonia, Casa Leone, Holy Family Home, St Vincent de Paul Residence u Id-Dar tal-Kleru.