Għawdex
Kunċerti spettakolari u attivitajiet oħra f’Għawdex

Kunċerti spettakolari u sensiela ta’ attivitajiet oħra ser joħolqu atmosfera ta’ divertiment f’Għawdex permezz taċ-Ċittadella Arts Festival li ser jibda nhar is-Sibt li ġej u jibqa’ għaddej sat-13 ta’ Settembru. Il-Festival tal-Arti ser jiftaħ b’kunċert mill-DCapitals Big Band imsejjaħ Beat It: A Big Band Show bil-parteċipazzjoni tal-Big Band mir-Repubblika Ċeka msejha Big ‘O’ Band.

Waqt li ħabbret il-programm taċ-Ċitadella Arts Festival, il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana qalet li dan il-Festival qed jittella’ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill tal-Arti u l-Ministeru tat-Turiżmu. Spjegat li l-Festival din is-sena jingħata aktar fondi ħalli l-attivitajiet ikunu estiżi.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li permezz ta’ attivitajiet kulturali differenti fosthom iċ-Ċittadella Arts Festival, Għawdex qed jirnexxilu joffri prodott turistiku differenti minn dak ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Lokali

Aktar minn għaxar kumpaniji Maltin li jipproduċu l-logħob diġitali u mis-settur tal-e-sports qed jirriklamaw is-servizzi tagħhom fl-akbar fiera Ewropea tal-video games u e-sports – f’Gamescom fil-Ġermanja. Din hija t-tieni darba…

Parlament

Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Paul Muscat Terribile, kienu bosta dawk li esprimew sogħba għall-aħbar u sellmu l-memorja tiegħu. Fosthom l-Ispeaker Anġlu Farrugia f’isem il-Parlament, li fakkar fil-kontribut ta’…

Qorti

Sentenza sospiża għal Jordan Azzopardi wara li ammetta akkużi li rċieva apparat elettroniku misruq b’valur ta’ €32,000 bi tpartit mad-droga. Iż-żagħżugħ ta’ 30 sena madankollu għadu miżmum il-ħabs fuq proċeduri…

Aktar