Barranin
Kundannati l-proposti elettorali tal-prim ministru Benjamin Netanyahu

Għadd ta’ pajjiżi Għarab ikkundannaw il-proposti elettorali mressqa mill-prim ministru Izraeljan Benjamin Netanyahu biex l-Iżraeljani jieħdu f”idejhom partijiet okkupati fix-xatt tal-Punent.

Waqt diskors televiżiv bħala parti mill-kampanja għall-elezzjonijiet tas-sbatax ta’ Settembru, Netanyahu qal li jekk ikun elett irodd iżjed sovranità lill-Iżraeljani li jgħixu f’artijiet fil-wied tal-Ġordan. Il-pjan kien ikkritikat minn uffiċjali Ġordaniżi, Torok u Sawdi bil-Lega Għarbija tiddeskrivi l-mossa bħala aggressjoni.

Id-diplomatiku Palestinjan Saeb Erekat iddeskriva l-pjani bħala att kriminali u qal li jekk ikunu attwati magħhom jgħibu wkoll kwalunkwe prospetti għal paċi fir-reġjun. L-artijiet ilhom okkupati mill-Iżraeljani sa mill-1967 iżda sa issa ma kienux jitqiesu bħala territorju sovran Iżraeljan. Netanyahu ddikjara wkoll li jrid jieħu l-kontroll tal-qagħdiet Iżraeljani fix-xatt tal-Punent iżda jrid jistenna l-proposti mitbugħa tal-president Amerikan Donald Trump għall-pjan ta’ paċi fir-reġjun. Qal madankollu li l-pjan ikun attwat fiż-żona tal-wied Ġordaniż u fit-tramuntana tal-baħar mejjet b’mod immedjat jekk ikun elett.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar