Lokali
Kunjomha Curmi u tgħid li wittilha t-triq għal relazzjonijiet aħjar mal-Maltin

L-Ambaxxatriċi ġdida ta’ Franza għal Malta, Brigitte Curmi qalet li r-relazzjoni politika bejn Malta u Franza qatt ma kienet daqshekk tajba u fiż-żmien li se tqatta’ fil-gżejjer Maltin se tara kif tittraduċiha b’mod konkret f’oqsma oħra bħall-edukazzjoni, il-kultura u l-ekonomija.

F’kummenti lil TVM waqt żjara fil-bini tal-PBS, l-ambaxxatrici Franciza qalet li ż-żewġ pajjiżi għandhom pożizzjoni komuni fuq diversi oqsma fosthom l-immigrazzjoni, il-Mediterran u l-Libja.Hija qalet li r-relazzjoni kompliet tissaħħaħ xahrejn ilu meta Malta ġiet aċċettata bħala osservatur fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija.

Kif tisma’ isem l-Ambaxxatriċi ta’ Franza għal Malta, tistħajjel li hi Maltija jew ta’ nisel Malti.

Madankollu kif iltqajna ma’ Brigitte Curmi qaltilna minnufih li m’għandha l-ebda rabta ma’ Malta, iżda kburija ħafna li kunjomha qed iwittilha t-triq biex tiżviluppa aħjar ir-relazzjonijiet mal-Maltin.

“My name is coming from Lebanese origin but I’m very pleased that this name is opening all the doors for me in Malta” qalet l-Ambaxxatriċi Curmi.

Brigitte Curmi dejjem ħadmet fid-diplomazija b’karriera twila fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq tant li fl-aħħar sentejn serviet bħala Ambaxxatur ta’ Franza fil-Libja.

Dan hu l-ewwel pajjiż Ewropew li qed isservi fih u l-missjoni ewlenija tagħha hi li sseddaq ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ popli b’enfasi fuq it-tisħiħ tar-rabtiet kulturali u edukattivi.

“Our relationship at the political level is wonderful it has never been as best as today but we have to translate it into society to know each other more” kompliet tgħid l-Ambaxxatriċi.

Kien f’dan l-isfont li l-Ambaxxtriċi Franċiża għażlet li żżur il-bini tal-istazzjon nazzjonali, PBS għax fi kliemha għandu sehem importanti biex iqarreb liż-żewġ pajjiżi b’kollaborazzjoni fost l-oħrajn mal-istazzjon nazzjonali Franċiż.

L-Ambaxxtriċi Curmi qalet li f’Lulju li għadda ġie ffirmat ftehim diplomatiku bejn iż-żewġ pajjiżi li hi se tara li jitwettaq waqt li tixtieq titjib fir-rabtiet ekonomiċi speċjalment fil-qasam turistiku.

“There are almost 200,000 French visiting Malta each year, you are only 20,000 which is not enough for me and for my country so we hope to attract more Maltese in France because our country is beautiful and have many to offer” qalet l-Ambaxxatriċi.

Franza li ġeografikament hi aktar minn elfejn darba d-daqs ta’ Malta hi r-raba’ sieħeb kummerċjali tal-gżejjer Maltin, b’STMicroelectronics li nofsha hi ta’ sidien Taljani u n-nofs l-ieħor ta’ Franċiżi tesporta aktar minn terz l-esportazzjoni kollha ta’ Malta waqt li l-kumpanija Franċiża fil-qasam tat-tbaħħir u t-trasbord, CMA CGM tmexxi l-Freeport.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Lokali

Il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, l-IIP sa issa kkontribwixxa kważi sitt mitt miljun ewro (€582) fil-fond nazzjonali għall-iżvilupp soċjali li twaqqaf apposta u fil-Fond Konsolidat. Fir-rapport annwali maħruġ mill-Uffiċċju li jirregola…

Aktar