Qorti
Kunsill lokali, kuntrattur u perit ordnati jħallsu għal ħsarat ikkawżati bl-għargħar

Kunsill lokali, kuntrattur u perit kienu ordnati biex iħallsu bejniethom €18,000 fi ħsarat ikkawżati minn maltempata f’Settembru 2012.

Kaġun tal-maltempata xi toroq f’Ħal Lija kienu għerqu, b’resident partikolari li kellu mal-24 pulzier ilma f’daru.

Il-kawża nfetħet minn kumpanija tal-assigurazzjoni kontra l-Kunsill ta’ Ħal Lija, Polidano Group, u l-Periti John Rizzo Naudi, li kienu inkarigati minn xogħlijiet ta’ asfaltar ta’ toroq.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, semgħet kif waqt ix-xogħlijiet għadd ta’ water culverts kienu tneħħew u ma reġgħux saru, u kkonkludiet li dan bla dubju kien ikkontribwixxa għall-għargħar.