Kronaka
Kuntistabbli aggredit meta mar biex jitfi l-mużika f’każin f’Ħal Safi

Kuntistabbli tal-Pulizija sofra xi ġrieħi wara li allegatament ġie aggredit dal-lejl.

Il-każ seħħ f’każin f’Ħal Safi, meta l-kuntistabbli mar fuq il-post biex jitfi mużika li bdiet tindaqq b’volum għoli.

Fuq il-midja soċjali l-Ispettur Sandro Camilleri, President tal-POU-GWU, qal li l-Kuntistabbli jinsab muġugħ iżda qed jirkupra.

L-Ispettur irringrazzja wkoll lis-sindku ta’ Ħal Safi, Johan Mula, li qal ċempillu u wera solidarjetà u dispjaċir għal dak li ġara.

Ara wkoll:

Jingħata l-ħelsien mill-arrest ir-raġel li aggredixxa Pulizija f’Ħal Safi