Kuntrasti fi Triq ir-Repubblika f’temp ta’ 24 siegħa

Kuntrasti fl-atmosfera fil-Belt Valletta. Wara l-folol u sens ta’ għaġġla għax-xiri sfrenat tal-aħħar ftit jiem, f’jum il-Milied irrenjat il-kalma u l-ħemda. Issa li r-rigali nxtraw u tqassmu u l-qadjiet laħqu saru, in-nies jippassiġġaw kienu l-aktar turisti, familji akkumpanjati minn tfal tant msaħħra bl-ispirtu tal-Milied irekknu f’idhom xi rigal jew tnejn u anzjani u ħbieb li ltaqgħu biex jagħtu l-awguri lil xulxin.

Hemm min l-irwol tiegħu jew tagħha fil-Milied ikun li jipprovdi divertiment u pjaċir lil ħaddieħor. Bħal żewġ koki li ltqajna magħhom li qed isajru flimkien biex jippruvaw jagħmlu l-Milied wieħed memorabbli għal dawk li jżurhom fir-ristorant.

Iltqajna wkoll ma’ dawk li qed isofru tbatija u s-sofferenzi tal-mard.

Jispikka wkoll l-element reliġjuż tal-festa li intrinsikament huwa l-fattur li jimmotiva l-aspett spiritwali tal-Milied.

“Din is-salvazzjoni irridu nwassluha lil kulħadd no matter jekk hux familja hux barrani jew Malti jew għaddej minn xi sitazzjoni jew kundizzjoni jew oħra, din is-salvazzjoni huwa l-ferħ tal-Milied, dan qed nippruvaw inwasslu,” qal Fr George Ocar Buttigieg.

Minkejja r-ritmu kajman fil-kapitali, l-atmosfera kienet imżewqa bil-moti ferrieħa tal-qniepen u l-mużika tal-Milied li tgħaqqad familji, ħbieb u kollegi biex din il-festa tibqa’ toffri l-opportunità li tressaq ukoll lejn xulxin persuni li forsi ma jarawx għajn m’għajn u jiċċelebraw is-sens ta’ paċi li ġġib magħha din l-okkażjoni.

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Politika

L-Unjoni Ewropea qablet li torganizza missjoni militari mill-baħar u mill-ajru fil-lvant tal-Mediterran fi sforz biex twaqqaf it-traffikar tal-armi bejn ġellieda u milizji rivali fil-Libja. Dan ser isir biex ma jkomplix…

Aktar