Ambjent
Kuntrattur ordnat jieqaf milli jkompli jarmi skart tal-kostruzzjoni fl-Imtaħleb

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qalet li waqqfet kuntrattur milli jkompli jarmi skart tal-kostruzzjoni f’żona rurali fl-Imtaħleb.

Fi stqarrija l-ERA qalet li rċeviet rapport li kien intrema skart fl-inħawi bejn il-Baħrija u l-Imtaħleb fl-14 t’April, u l-għada stess uffiċjali tal-infurzar ordnaw lill-kuntrattur, li huwa s-sid tal-art, biex jieqaf jarmi.

L-awtorità ċċarat li ż-żona ma kinitx waħda ta’ konservazzjoni speċjali, u kellha evidenza ta’ rimi li sar fiha fil-passat. Madanakollu fil-konfront tal-kuntrattur xorta waħda nħarġet ordni ta’ waqfien b’rabta ma’ dan ir-rimi.

F’każ separat, l-ERA qalet li qed tinvestiga wkoll l-att vandalu ta’ siġar protetti li tqaċċtu fid-Dwejra.

Ara wkoll:

Qaċċtu siġar fid-Dwejra u ħallewhom fuq il-post