Reliġjon
Kurċifiss mirakoluż f’Għawdex: Issa magħruf min tah lill-Kapuċċini

Il-Knisja Kattolika tat bidu għar-Randan; erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għat-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej.

Is-sena l-oħra, il-Papa Franġisku qal li r-Randan hu żmien biex in-nisrani jsammar ħarstu fuq il-Kurċifiss; b’Ġesù msallab hu l-boxxla li torjentah lejn is-sema.

Is-servizz li jmiss jiffoka fuq wieħed mill-aktar kurċifissi meqjuma f’pajjizna. Xhur ta’ riċerka ssarrfu f’publikazzjoni li titfa’ dawl ġdid fuq dan il-kurċifiss.

Fil-kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini fir-Rabat Għawdex, hemm kurċifiss li ilu miżmum b’għożża għal madwar 270 sena. Riċerka li saret minn Patri Martin Micallef turi li dal-kurcifiss spicca f’dan il-kunvent b’riħet l-istoriku Għawdxi, il-Kanonku Agius de Soldanis. Patri Martin spjega li de Soldanis imkien ma ħalla miktub li kien hu li ta l-kurċifiss lill-Kapuċċini f’Għawdex u wera l-fehma li din hi ħaġa stramba meta tikkunsidra li de Soldanis kien iħalli bil-miktub affarijiet li jagħmel.

“Jiena sibt dokument ta’ Patri Pelaġju Mifsud li huwa minn Ħaż-Żebbuġ, Kapuċċini kontemporanja ta’ de Soldanis, li jgħid b’mod espliċitu illi l-kurċifiss kien fid-dar ta’ de Soldanis f’Għawdex u kien hu li għaddieh lill-Kapuċċini. Qisu fl-1746 u baqa’ hemmhekk sal-ġurnata tal-lum.”

Patri Martin qal li l-kurċifiss inħadem fi Sqallija fl-1683 minn artist mhux magħruf. “Kien ġo palazz, dar li nħarqet u l-istorja tgħid li b’mod mirakoluż li l-kurċifiss ma ġralu xejn salva. L-uniku ħaġa li ġiet salvata.”

Inġieb Malta u kien proprjetà tal-Kommendatur Giovanni Miceli. Wara t-terremot qawwi ta’ tarf is-seklu sbatax kien espost għat-talb fil-Knisja tal-Vitorja, il-Belt, sakemm ittieħed Għawdex u ngħata lill-Kapuċċini fl-istess żmien li bnew il-kunvent tagħhom.

“Qisu dejjem kellu din il-fama ta’ mirakoluż. Hekk isibuh Għawdex. Il-patrijiet żammewh magħluq għal ħafna żmien fil-kappella privata tal-Kunvent imma anki hemmhekk, de Soldanis jgħid li kien jaqla’ diversi grazzji. Imbagħad meta tniżżel fil-Knisja, id-devozzjoi xegħlet għal dan il-kurċifiss.”

L-istorja ta’ dan il-kurċifiss u l-preżenza tal-Kapuċċini f’Għawdex inġabru minn Patri Martin Micallef f’publikazzjoni ta’ kważi 600 paġna li tagħti wkoll sfond għal kif żviluppa l-kult tal-kurċifiss.

“Jien semmejt Crux Invicta – Salib li ma ġiex mirbuħ – għax għalkemm f’għajnejn l-għedewwa ta’ Ġesù, il-mewta tiegħu fuq is-salib dehret it-telfa tiegħu, dan kien il-mod kif ġabilna s-salvazzjoni, ir-rebħa tiegħu. Allura jibqa’ Crux Invita – Salib mhux megħlub – li aħna miegħu nintrabtu bħala dixxipli tiegħu.”

Fakkar fi kliem San Ġorġ Preca li kien isejjaħ lill-Kurċifiss bħala “il-ktieb il-kbir”, li minnu n-Nisrani għandu ħafna x’jitgħallem.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar