Lokali
Kurt Farrugia maħtur Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise

Il-bord tad-diretturi tal-Malta Enterprise approva l-ħatra tas-Sur Kurt Farrugia bħala Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise.

Fi stqarrija tal-Malta Enterprise, intqal li l-ħatra tas-Sur Farrugia se tkun b’effett mill-bidu t’Awwissu wara li jirtira mill-kariga s-Sur Mario Galea.

William Wait, iċ-Chairman tal-Malta Enterprise, irringrazzja lis-Sur Galea għall-karriera tiegħu ta’ 35 sena mal-Korporazzjoni, u qal li l-esperjenza li se jġib miegħu s-Sur Kurt Farrugia wara ħidma bħala Kap tal-Kommunikazzjoni tal-Gvern u Kelliem tal-Prim Ministru, se tgħin biex il-Malta Enterprise tkompli tibni fuq is-suċċessi li għamlet.

Tħabbar ukoll li s-Sur Mario Galea se jibqa’ konsulent ewlieni tal-Kap Eżekuttiv il-ġdid.

Intant, fi stqarrija oħra tal-Gvern, intqal li s-Sur Matthew Carbone se jkun il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern b’effett mill-ewwel t’Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar