Barranin
Kurz mistenni jinħatar bħala l-iżgħar Kanċillier fl-istorja Awstrijakka

Fl-Awstrija mistenni li jinħatar l-iżgħar Kaniċillier li qatt ġie elett.  Dan hekk kif huwa previst li l-konservattivi tal-Partit Popolari, li huwa mmexxi minn Sebastian Kurz ta’ 31 sena, rebħu l-elezzjoni ġenerali.

Kurz mistenni jkun l-iżgħar mexxej li qatt kien hawn fid-dinja, hekk kif il-partit tiegħu jidher li rebaħ b’maġġoranza ta’ 31% tal-voti.  Għad mhux magħruf min se jispiċċa t-tieni fl-elezzjoni bejn is-Soċjal Demokratiċi u l-partit tal-lemin estrem.  Minħabba li ma kisibx il-maġġoranza, Kurz aktarx li se jkollu jifforma koalizzjoni mal-partit lemin estrem li huwa kontra l-immigrazzjoni.

Meta kien qed jindirizza lill-partitarji tiegħu, Kurz qal li kien wasal iż-żmien għall-bidla fil-pajjiż u sostna li r-riżultat miksub wera r-rieda għall-bidla.  Qabel din l-elezzjoni, Kurz kien l-iżgħar Ministru għall-Affarijiet Barranin fl-Ewropa, biex f’Mejju li għadda inħatar mexxej tal-partit tiegħu.

Daħal fil-politika fil-fergħa taż-żgħażagħ tal-partit, sar President tagħha, u wara serva bħala Sindku ta’ Vjenna.  Imlaqqam ‘Wunderwuzzi’ (li tfisser jimxi fuq l-ilma – walk on water), Kurz ħoloq moviment madwaru billi ta dehra ġdida lill-Partit Popolari li ilu fit-tmun tal-pajjiż għal dawn l-aħħar 30 sena.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Birmingham, żagħżugħ li rrikatta diversi vittmi vulnerabbli,fosthom tifla li kienet imġiegħla tiekol ikel tal-klieb u persuna mġiegħla tilgħaq is-sit tat-toilet, intbagħat 32 sena ħabs. Matthew Falder huwa deskrit wieħed mill-akbar…

Barranin

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha. Minkejja dan l-intopp l-atleta…

Barranin

L-organizzazzjoni Oxfam żvelat li tlieta mill-irġiel li qed ikunu akkużati li ħalsu għal servizzi ta’ prostituti waqt li kien fuq xogħol f’isem Oxfam, heddew lil xi xhieda b’mod fiżiku waqt…

Barranin

Il-qraba ta’ 66 persuna li kienu abbord ajruplan li ġġarraf fl-Iran għadhom jistennew informazzjoni aktar preċiża dwar x’ġara minn qrabathom, hekk kif mistennija tkompli t-tfittxija għalihom fil-muntanji Zagros. L-iskwadri ta’…

Aktar