Edukazzjoni
Kwalifika doppja fi tmiem kors ta’ erba’ snin mill-AUM

L-Università Amerikana ta’ Malta u l-Università ta’ Arkansas State fl-Istati Uniti ffirmaw ftehim biex iż-żewġ istituzzjonijiet edukattivi jaqsmu l-kurrikulu, l-istudenti u anki l-għalliema. Dan il-ftehim jipprovdi fost oħrajn biex l-istudenti li jistudjaw żewġ degrees offruti miż-żewġ universitajiet, ikollhom l-opportunità li jistudjaw fil-kampus taż-żewġ universitajiet u fi tmiem l-korsijiet jiggradwaw miż-żewġ universitajiet.

Ġimagħtejn wara l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Università Amerikana ta’ Malta, l-istituzzjoni edukattiva kkonkludiet ftehim dwar programmi ta’ degrees mal-Università Arkansas State tal-Istati Uniti li jkompli jagħti bixra Amerikana lill-korsijiet tagħha.

Bil-ftehim, l-istudenti li jagħżlu l-kors tal-finanzi jew il-business administration se jkunu jistgħu fost oħrajn jistudjaw credits li toffri online, l-Università ta’ Arkansas State.

Il-President tal-Università Amerikana ta’ Malta, Dr Lewis Walker qal li l-istudenti se jingħataw anki l-opportunità li jqattgħu żmien ta’ studju fil-kampus tal-Università fl-Istati Uniti u vice versa.

Il-President tal-Università Amerikana ta’ Malta, Dr Lewis Walker qal “they will have a dual degree, they will have an enriching experience that will prepare them for the global world we live in today and to serve their institutions they’re working for, or they’ll start on their own, to do very well in life.”

Għall-Università ta’ Arkansas State iffirma l-Kanċillier, Dr Kelly Damphousse, li qal li dan huwa l-ewwel pass tal-Università biex tespandi fl-Ewropa. Dr Damphouse qal li se jibdew jirreklamaw iż-żewġ korsijiet fost l-istudenti biex ikunu jistgħu jiġu għal sentejn jistudjaw fl-Università Amerikana ta’ Malta u mbagħad jirritornaw biex itemmu l-istudji f’Arkansas State.

Il-Kanċillier ta’ Arkansas State University, Kelly Damphousse qalet “they get the opportunity to experience Malta, to see how beautiful it is here. It will also give the opportunity for the students who are AUM to come to Arkansas which is in the middle of America to also get some experience from us and to learn something about America through these exchange programmes.”

Żied jgħid li b’dan il-ftehim, l-università se ġġib ukoll studenti għal perjodu qasir fil-btajjel tas-sajf jew tax-xitwa bl-enfasi jibqa’ t-tagħlim akkademiku.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li ftehim bħal dan jattira studenti minn madwar id-dinja. Żied li dan se jkompli jgħin biex Malta tkun imfittxija fil-qasam edukattiv.

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Aktar