Lokali
Kwantità kbira ta’ ramel fit-triq mill-bajja tal-Għadira

Ir-riħ qawwi mix-xlokk il-lvant, forza 7, tella’ kwantità kbira ta’ ramel fit-triq mill-bajja tal-Għadira.

Il-preżenza ta’ daqstant ramel fit-triq ħolqot diffikultajiet għas-sewqan tal-vetturi, b’xi karozzi dehru jinstaqu b’diffikultà.

Is-sitwazzjoni kienet agħar, u aktar ta’ periklu għall-muturi, billi l-wiċċ tat-triq bir-ramel kien jiżloq ħafna.