COVID-19
Kwarantina obbligatorja għal kulħadd fiċ-ċentru ta’ Ħal Far, jirreaġixxi l-Partit Nazzjonalista

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li din mhix kwistjoni ta’ razza jew reliġjun u li kulħadd se jiġi trattat b’dinjità. Dr Fearne qal li l-kwarantina li l-aktar għodda b’saħħitha biex titwaqqaf l-imxija tal-covid-19 f’Malta.

“B’mod mandatorju dawk il-persuni kollha li joqogħdu fl-Open Centre ta’ Ħal Far huma rikjesti li joqogħdu kwarantina” qal il-Ministru Fearne.

Dr Fearne mill-ġdid tenna li kemm jista’ jkun kulħadd għandu jibqa’ ġewwa.

“Il-mod kif jittieħed dan il-virus huwa li inti tiltaqa’ ma xi ħadd li huwa infettiv għamilniha ċara, persuni ta ‘l fuq min 65 sena u vulnerabbli huma obbligati joqogħdu d-dar joħorġu biss għall affarijiet essenzjali. Persuni oħra wkoll ir-rakomadnazzjoni huwa li joqogħdu ġewwa”.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li din l-informazzjoni dwar dawn il-każijiet ma setgħetx toħroġ kmieni dalgħodu minħabba l-miżuri li kellhom jittieħdu biex titwaqqaf l-imxija tal-virus. Qalet li persuni li jgħixu fl-istess kabini jew kellhom kuntatt mal-persuni infettati jinsabu fi kwarantina. Intqal li dawk il-persuni vulnerabbli li jgħixu fiċ-ċentru Miftuħ se jiġi relokati post ieħor waqt li tħabbar li r-Red Cross se tiftaħ klinika żgħira fil-post.

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri qal li din l-aħbar tħabbret lir-residenti fis-sitta tal-Ħadd filgħaxija fil-ħin li rritornaw. Dr Camilleri qal li min jikser l-ordni se jkun suġġett għall-penali ta’ 3,000 u li l-Forzi tal-Ordni jinsabu fuq il-post biex jaraw li din l-ordni tiġi rispettata.Dwar l-ispezzjonijiet li qed isiru l-Ministru Camilleri qal 81 persuna fl-aħħar 24 siegħa nqabbdu jiksru r-regoli għax kienu fi gruppi ta’ iktar minn tlieta min nies u ġew immultati mitt ewro kull wieħed.

Intant f’reazzjoni, il-Partit Nazzjonalista qal li l-miżura ta’ kwarantina fiċ-ċentru l-miftuħ qed tittieħed tard wisq. Qal li għaxart’ijiem ilu wissa fuq il-periklu tat-tixrid tal-virus f’ċentri bħal dan u fil-ħabs. Kompla jgħid li għandu jara kif l-iffullar f’dan iċ-ċentru jiġi indirizzat anke jekk hemm bżonn jinstabu siti ta’ detenzjoni alternattivi.

L-atmosfera fejn iċ-ċentru tal-Ħal Far ftit wara li tħabbret l-aħbar ta’ kwarantina
Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Aktar