COVID-19
Kwarantina obbligatorja għal kull min jidħol Malta mil-lum

Tħabbret miżura oħra fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta. Il-Prim Ministru qal li mil-lum il-kwarantina ta’ 14-il jum se tkun obbligatorja għal kull min jidħol f’Malta, ġej minn fejn ġej.

Min ma josservax din il-miżura jrid iħallas il-multa ta’ €1,000 għal kull darba li jinqabad barra.

Il-Prim Ministru appella lill-ħaddiema barranin f’Malta biex isegwu dan l-obbligu għax jekk ma jsirx hekk, apparti li jeħlu din il-multa, il-permess tax-xogħol tagħhom se jkun revokat bil-konsegwenza li jispiċċaw jiġu deportati minn Malta.

Dr Abela qal li t-12-il persuna infettati bil-Coronavirus jinsabu fi stat tajjeb ta’ saħħa u fi kliemu dan jikkonferma li s-sitwazzjoni qiegħda taħt kontroll.

Filwaqt li apella għar-responsabbiltà, il-Prim Ministru talab biex nibqgħu għaddejjin bil-ħajja normali tax-xogħol.

Segwi hawn taħt il-konferenza sħiħa:

Ara wkoll:

Il-forzi tal-ordni qed iwasslu l-ikel lin-nies taħt kwarantina

Barranin li jiksru l-obbligu ta’ kwarantina jitilfu l-permess tax-xogħol u jitkeċċew mill-pajjiż

Screening fiċ-Ċirkewwa mil-lejla