Lokali
Kwart ta’ miljun li baqgħu ma nġabrux

Maltco Lotteries tinsab għaddejja bi tfittxija għar-rebbieħ/a tal-logħba tas-Super 5 li ntrebħet fit-28 ta’ April li għadda.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li l-biljett rebbieħ inxtara minn banka tal-lottu li tinsab fi Triq il-Gulju f’Buġibba għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija.

Il-ġukatur li rnexxielu jaqta’ l-ħames numri tas-Super 5, xtara l-biljett ftit ħin qabel ma għalqu t-tranżazzjonijiet fis-6.45 p.m.

Il-ħames numri li telgħu dakinhar kienu 15 – 22 – 17 – 7 – 27.

Maltco qalet li l-ġukatar għandu ċans sat-Tnejn 28 ta’ Ġunju biex jiġbor il-premju.

F’każ li l-premju ma jinġabarx, l-ammont jiġi ttrasferit fil-Fond tal-Kawżi Ġusti li huwa intiż biex jgħin individwi, aġenziji u organizzazzjonjiet soċjali, kulturali, edukattivi, sportiv, filantropiċi jew reliġjużi Maltin.