Lokali
Kwartieri ġodda għad-drama, korsijiet għal studenti biex jiżviluppaw il-personalità tagħhom

L-akkademja Helen O’ Grady f’Malta inawgurat kwartieri ġodda f’Ħ’Attard. Il-Prinċipal Alan Montanaro qal li l-akkademja permezz tad-drama tgħin lill-istudenti jkabbru l-istima u l-kunfidenza fihom infushom.

L-akkademja tad-drama Helen O’Grady li ilha f’Malta mill-2005 inawgurat kwartieri ġodda f’Ħ’Attard.

Il-prinċipal Alan Montanaro qal li madwar seba’ mitt student qed jingħataw l-opportunità jiżviluppaw il-personalità tagħhom permezz ta’ programmi mfassla għal persuni ta’ kull età.

Alan Montanaro qal li “biex inkabbru l-kunfidenza, inġiegħluhom joħorġu minn qoxxrithom it-tfal b’mod , veru ħelu u sigur u aħna nemmnu li lezzjoni li titgħallimha bid-divertiment ma tinsieha qatt”.

Il-kwartieri tal-akkademja kien inawgurat fil-preżenza tal-Kap Ezekuttiv tal-Helen O’Grady Negel LePage fuq livell internazzjonali u anke Alison Mazanec li hija d-Direttur responsabbli mit-taħriġ Internazzjonali.