Immigrazzjoni
Kważi l-immigranti kollha li daħlu f’Malta fl-aħħar xhur tqassmu f’pajjiżi Ewropej

Kważi l-immigranti kollha li fl-aħħar xhur daħlu f’Malta tqassmu f’pajjiżi Ewropej. Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fil-programm Dissett.

Il-Ministru Farrugia qal li “kien hemm 434 illi daħlu Malta fuq dgħajjes tal-NGOs. Minnhom ġew rilokati 414. Uħud minnhom iddaħħlu mill-Forzi Armati ta’ Malta  Fl-2019, kien hemm 149 li daħlu bid-dgħajjes tal-NGOs u ġew rilokati minn Malta.”

Il-Ministru Farrugia qal li ċ-ċentri miftuħa huma kważi mimlija. Dwar il-kriżi fil-Libja, il-Ministru Farrugia qal li l-Gvern lest jgħin għaqdiet umanitarji biex jevakwaw l-uffiċjali tagħhom.

Fil-programm Dissett, il-Ministru Farrugia tkellem dwar diversi temi, fosthom ir-razziżmu u l-abbuż fuq il-midja soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar