Kurżitajiet
Kważi spiċċajna bla banana

Il-banana selvaġġa tinsab fuq il-lista tal-pjanti li jinsabu f’riskju li jinqerdu.  Instab li fil-Madagascar biss għad fadal 5 siġriet jgħixu f’art selvaġġa.

Xjenzati qalu li l-pjanta trid tiġi konservata u jista’ jkun li hija s-sigriet biex issalva l-ispeċi kollha tal-banana milli jinqerdu fil-futur.  Ħafna mill-banana li nieklu hija tat-tip Cavendish, li hija vulnerabbli għall-pestiċida.

Għaddejja ġlieda mal-ħin biex jiġu żviluppati varjetajiet ġodda ta’ banana li huma kemm tajbin u reżiljenti għall-mard.  Il-banana Madagascan evolviet waħidha fuq gżira u għandha bosta’ nutrijenti speċjali.

Jekk tiġi protetta l-banana selvaġġa, ikun hemm ċans li tinġabar iż-żerriegħa u x-xjenzati jistudjaw il-ġenetika tagħha.  Il-banana Madagascan tipproduċi żerriegħa fil-frott li ma jkunx tajjeb għall-ikel.

Madanakollu jekk isir taħlit ta’ varjetajiet ta’ banana jista’ jkun li tinħoloq tip ta’ frotta li tkun tajba għall-ikel u fl-istess ħin ma jimradx malajr.

Il-banana tikber fil-periferija tal-foresti fejn hi vulnerabbli għall-ħsara mit-temp sever, kif ukoll min-nirien u t-tqaċċit tas-siġar għall-agrikoltura.

Għalissa tista’ ssib tixtri banana fil-ħwienet, iżda fil-futur hemm ċans li tkun skarsa.  Il-mard fil-banana Cavendish huwa limitat biss għall-Asja, iżda jekk jinfirex ikollna problema kbira għax nispiċċaw bla banana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Franza omm li ħbiet lit-tarbija tagħha f’but ta’ karozza li kien mimli dud għal kważi sentejn intbagħtet ħames snin ħabs, tlieta minnhom sospiżi. Rosa-Maria Da Cruz żammet lil bintha, Séréna…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wasal f’Kalifornja fejn beda jżur il-postijiet milquta mill-agħar nirien fl-istorja ta’ dan l-istat Amerikan. Trump iddeskriva x-xena li ra sa issa bħala waħda ta’ swied…

Kurżitajiet

F’filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jidher liebes żarbuna sewda u oħra kannella. Dan ġara matul konferenza tal-aħbarijiet f’Brussell waqt is-Summit Bilaterali UE…

Barranin

Instab is-sottomarin li sena ilu kien għeb b’44 membru tal-ekwipaġġ abbord. Is-sottomarin, ARA San Juan kien għeb 430 kilometru ‘l barra mill-kosta tal-Arġentina fil-15 ta’ Novembru. In-Navy kienet waqqfet il-missjoni…

Aktar