Kultura
Kważi tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella ta’ San Ġwann Battista

Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella ta’ San Ġwann Battista fis-Siġġiewi wasal biex jitlesta. Dan huwa wieħed mimnn għadd ta’ proġetti ta’ restawr li għaddejjin fi stadji differenti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kappella storika ta’ San Ġwann Battista fil-pjazza tas-Siġġiewi qed tigi restawrata fi proġett li qed jitmexxa mid-direttorat tar-restawr fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Kultura.

Il-Perit tal-proġett Mark Azzopardi qal li x-xogħol ta’ restawr beda f’Settembru li għadda u mistenni jkun lest fi żmien erba’ ġimgħat.

“Il-kappella kellha issues ta’ umdità li titla’ mill-art u għalhekk irriżulta fi ħsarat fil-ġebla. Fil-passat kienu ksew bis-siment u allura irriżultat fi ħsara, għalkemm l-intenzzjonijiet kienu tajbin, l-intervent kien żbaljat u l-ħsara bdiet tiggrava” qal il-Perit Azzopardi.

Din il-kappella bi stil barokk inbniet fl-1730 u hija dedikata għal qtugħ ta’ ras ta’ San Ġwann il-Battista flok kappella oħra li kienet iddedikata għat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista.

Il-proġett ta’ restawr f’din l-Kappella huwa wieħed minn fost il-71 proġett li qed isiru mid-Direttorat tar-Restawr. Il-proġett qed isir wara sejħa lill-kunsilli lokali sabiex jiddentifikaw proġetti fil-lokalitajiet biex igawdu minn skema ta’ restawr.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li b’dawn il-proġetti, il-Gvern qiegħed ikompli jipproteġi u jsaħħaħ l-wirt lokali biex jitgawda minn kulħadd, u biex jikber l-apprezzament tal-istorja ta’ pajjiżna. Il-Ministru qal li dan issaħħaħ ukoll il-prodott tal-lokalitajiet bħala destinazzjoni kulturali.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar