Reliġjon
Kwistjoni bejn l-Isqof u l-Gran Mastru twelled il-Parroċċa ta’ San Pawl fil-Belt

Illum Malta qed tiċċelebra n-Nawfraġju ta’ San Pawl. Il-kult Pawlin f’Malta huwa b’saħħtu tant li kif qal ir-riċerkatur u storiku Mario Coleiro, San Pawl għandu tliet festi differenti f’Malta: in-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, il-martirju ta’ San Pawl fir-Rabat u l-Katidral tal-Imdina u l-Parroċċa ta’ Ħal Safi ddedikati għall-Konverżjoni ta’ San Pawl.

Waqt il-programm TVMi – Insights, Coleiro tkellem dwar il-kult Pawlin li fi kliemu reġa’ ġie b’saħħtu taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Alof de Wignacourt.

Punt interessanti li ħareġ waqt il-progamm kif il-kult Pawlin infirrex għall-Belt Valletta. Qal li l-Parroċċa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta kienet intenzjonata minħabba kwistjoni li kien hemm bejn il-Gran Mastru u l-Isqof. Coleiro qal li f’nofs din il-kwistjoni daħlu d-Dumnikani li bis-saħħa tal-Papa Piju V waqqfu l-Parroċċa ta’ San Duminku, fil-Belt Valletta. L-istoriku spjega li l-Isqof ried jistabilixxi l-parroċċa tiegħu fil-Belt Valletta u għalhekk twieldet il-Parroċċa ta’ San Pawl u ntgħażel il-jum tal-10 ta’ Frar bħala simbolu ta’ Nawfraġju ta’ San Pawl.

Fil-jum li Malta qed tiċċelebra l-miġja ta’ San Pawl, illejla TVMi – Insights se jiddiskuti diversi aspetti dwar San Pawl u Malta fosthom jekk hux vera li San Pawl ġie Malta.

TVMi – Insights jixxandar illejla fuq TVM fil-10.30pm. Tista’ tara l-progammi TVMi – Insights minn hawn.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar