Lokali
Jitħabbru l-20 finalist tal-MJESC

Tħabbru l-20 finalista tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2021. Ir-rebbieħ/a ta’ dan il-festival se jkun qiegħed jirrappreżenta lil Malta fid-19-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se jittella’ fid-19 ta’ Diċembru li ġej fil-kapitali Franċiża, Pariġi.

Din is-sena l-Malta Junior Eurovision Content ra żieda sostanzjali fl-għadd ta’ applikazzjonijiet. Kien għalhekk li l-PBS iddeċieda li l-proċess jinqasam fi tnejn, b’aktar ġurati jgħarblu l-kanzunetti sottomessi.

Fl-ewwel fażi ta’ dan il-proċess, numru ta’ ġurati esperti semgħu l-kanzunetti kollha u ddeċiedew l-ewwel 20 finalist/a li qegħdin jiġu elenkati hawn taħt f’ordni alfabetika.

It-tieni fażi tal-proċess se jissokta b’evalwazzjoni oħra minn ġurija differenti magħmula minn ġurija lokali u internazzjonali. Dan biex fis-26 ta’ Settembru jitħabbru t-12 il-finalist/a li se jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-MJESC.

It-12-il finalist se jieħdu sehem fil-Malta Junior Eurovision Song Contest li se jittella’ fis-16 ta’ Ottubru u jixxandar b’mod dirett fuq TVM u tvm.com.mt

L-20 finalist/a f’ordni alfabetika huma:

BLOSSOM

Breaking Barriers

Building

CHANGE

DEAR WORLD

Diamonds in the Skies

Drops like fire

Good Things

Heartbeat

Keep Your Drama

Limitless

MAGIC

My Angels Calling

My Home

ON MY WAY

Once in a Lifetime

Running Free

SHOOTING STAR

When you’re my age

WILD AND FREE