Ambjent
L-2018 sena rekord għall-industrija tal-akwakultura f’Malta

L-2018 kienet sena rekord għall-industrija tal-akwakultura f’Malta tant li skont ċensiment mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fost l-operaturi li jaħdmu f’dan is-settur bejniethom biegħu 19.3 miljun tunnellata ta’ ħut, kważi d-doppju tal-2015 (10.8 miljun tunnellata).

F’temp ta’ tliet snin, anke l-valur tal-ħut li biegħu kważi rdoppja – minn €127 miljun fl-2015 għal €242 miljun fl-2018.

Skont l-istatistika, il-gaġeġ tat-tonn li hawn ‘l barra mill-kosta Maltija qed jikkontribwixxu mad-disgħin fil-mija tal-ħut kollu tal-industrija tal-akwakultura s-sena l-oħra.

Iċ-ċifri juru li l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu bi kważi 17 fil-mija – minn €74 miljun fl-2017 għal €86 miljun fl-2018. B’mod ġenerali, l-industrija rreġistrat telf operattiv ta’ €5.2 miljun, tnaqqis ta’ ħames miljuni mit-telf tal-2017.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura, Dr Charlon Gouder qal li waqt li t-tkabbir ġej l-aktar minn żieda fl-esportazzjoni tat-tonn lejn il-Ġappun, l-operaturi jinsabu impenjati li jkomplu jnaqsu l-impatt fuq l-ambjent speċjalment dak marittimu.

“Waqt illi qed nieħdu nota b’sodisfazzjon ta’ dan it-tkabbir, mill-banda l-oħra aħna rridu nqisu wkoll it-tieni pilastru li huwa importanti jiġifieri li din l-industrija tkompli tikber imma tkompli tikber b’mod sostenibbli”.

Dr Gouder qal li fl-isfont ta’ dawn ir-riżultati, l-industrija issa se tkompli tikkunsidra niċeċ oħrajn li tista’ timraħ fihom. “Issa rridu nibdew naraw kif dan it-tkabbir fl-industrija tat-tonn nimxu fuq indiustriji oħrajn addizzjonali bħall-ipproċessar tal-fdalijiet tat-tonn”.

Din il-ġimgħa rappreżentanti tal-industrija tal-akwakultura se jkunu Spanja għal-laqgħa tal-ICCAT, il-kummissjoni Internazzjonali għal konservazzjoni tat-tonn li matulha fost l-oħrajn se ssir diskussjoni u possibiltà ta’ reviżjoni fuq il-kwoti tat-tonn speċjalment fl-Atlantiku u l-Mediterran.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Celia Falzon ġiet appuntata bħala designate Chief Executive Officer tal-Isptar Mater Dei. Celia Falzon fil-preżent hi CEO tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek. Hi għandha Master’s fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (Business Administration) li jispeċjalizza fi…

Toroq

Għada, mis-6 ta’ filgħodu sal-4 ta’ waranofsinhar, se  jitkompla l-bini tal-flyovers tal-Marsa Junction Project. Waqt dawn ix-xogħlijiet, il-konnessjoni bejn Vjal Sir Paul Boffa u Triq Aldo Moro se tkun miftuħa…

Qorti

Tyrone Difesa ta’ 22 sena minn San Ġiljan ġie akkużat li kellu 262 gramma Cannabis f’ċirkostanzi li juru li ma kinetx għall-użu esklussiv tiegħu. L-Ispettur Joseph Xerri akkużah ukoll li…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Momument tal-Assedju l-Kbir jibqa’ tal-poplu Malti u ta’ ħadd iżjed. Dan qalu waqt konferenza stampa fejn ġiet imħabbra r-riżenja tal-Kummissarju Lawrence Cutajar. Fl-isfond tal-mistoqsija…

Aktar