Immigrazzjoni
L-450 immigrant jitniżżlu Pozzallo u se jinqasmu bejn il-pajjiżi

Il-Gvern Taljan dal-lejl aċċetta li jdaħħal l-450 immigrant fil-port ta’ Pozzallo, wara li kienu ilhom jumejn jistennew bejn sema u ilma.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea aċċettaw li jaqsmu l-immigranti bejniethom bi proporzjon skont id-daqs tal-pajjiż.

Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li offriet solidarjetà, segwita minn Franza, il-Ġermanja, Spanja u l-Portugall. Mill-Awstrija ma kien hemm l-ebda reazzjoni, filwaqt li l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka rrifjutaw.

Il-Ministeru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini, iddeskriva t-turija ta’ solidarjetà minn diversi pajjiżi bħala rebħa politika. Iktar kmieni huwa kien sostna li l-immigranti kienet responsabbli għalihom Malta, u li ma kinux se jiddaħħlu fl-ebda port Taljan.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Il-PM Muscat jilħaq qbil mal-PM Taljan dwar l-450 immigrant