Avjazzjoni
L-A380 – l-akbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja fir-reġistru Malti tal-avjazzjoni

Żvelata d-dehra l-ġdida tal-akbar ajruplan li jtajjar il-bandiera Maltija – Airbus A380 – tal-kumpanija HiFly.

L-ajruplan li ġie rreġistrat f’Malta dan ix-xahar iġorr qrib il-500 passiġġier, b’faċilitajiet lussużi għal dawk li jagħżlu li jivvjaġġaw f’kategorija ta’ klassi għolja.

L-ajruplan inżebaħ mill-ġdid ukoll f’Malta . . . f’kumpanija bbażata fil-park tal-avjazzjoni.

L-akbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja u l-akbar wieħed fir-reġistru Malti tal-avjazzjoni, Airbus A380, operat mill-kumpanija Portugiża Hifly, ġie miżbugħ f’Malta b’ilwien distintivi li jwasslu messaġġ favur il-konservazzjoni tal-ambjent marittimu.

L-ajruplan, li fih żewġ livelli fejn jistgħu jpoġġu madwar 500 passiġġier, intwera lill-Ministru Ian Borg qabel ma’ l-Ħamis filgħodu jħalli Malta biex ikun esebit waqt il-Farnborough Airshow f’Londra.

Il-Viċi President ta’ Hifly, Carlos Mirpuri, qal li huma investew ħafna f’dan l-ajruplan li nġieb minn Singapore biex joffri servizz ta’ lussu.

Il-Viċi President ta’ Hifly, Carlos Mirpuri qal “here it is. This is A380, that has a very high pedigree and is in very mint condition and will carry the message that is very important to us that is to have safer marine life, to have protection for the coral reefs and to make sure the next generations respect this message.”

Hi Fly tispeċjalizza fil-kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ u topera madwar id-dinja. S’issa rreġistrat sitt ajruplani f’Malta. Is-Sur Mirpuri qal li għandhom ħsieb iżidu aktar ajruplani mill-flotta tagħhom fir-reġistru Malti tal-avjazzjoni.

Il-Viċi President ta’ HiFly, Carlos Mirpuri qal “this is just another airplane joining the rest of the fleet of Hifly Malta and more will come for sure. We hope to have more 380s to fly for Hifly in the future.”

Il-Ministru għat-trasport Ian Borg qal li Malta issa għandha aktar minn 280 ajruplan fir-reġistru tagħha, aktar mid-doppju ta’ dak li kien hemm sitt snin ilu. Żied li dan jorbot ukoll mas-servizzi li qed ikunu offruti għas-settur tal-avjazzjoni, li qed jiżdiedu.

Il-Ministru għat-Trasport, Ian Borg qal “is-suċċessi li ksibna fis settur marittimu nistgħu nirrepetuhom fil-qasam tal-avjazzjoni. Li hemm sabiħ ukoll li għandek numru ta’ kumpaniji minn setturi differentui li qed jagħtu servizzi lil xulxin. Ajruplan taħt banidera Maltija għażel kumapija li qiegħda Malta biex jingħata s-servizzi meħtieġa.

Id-disinn u x-xogħol fuq il-qafas ta’ dan l-A380 sar mill-kumpanija Aviation Cosmetics li ilha 18-il xahar topera minn Ħal Safi.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar