Annimali
L-AAA issejjaħ biex tiġi kkriminalizzata l-bestjalità

L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati, l-AAA qed issejjaħ biex tiġi kkriminalizzata l-bestjalità.

Fuq Facebook l-AAA qalet li din il-ġimgħa kulħadd ixxokja ruħu bl-aħbar li xandar Television Malta, dwar raġel li kien qed jidħol f’razzett tan-nagħaġ f’San Ġiljan u jimmolesta sesswalment lin-nagħaġ.

Qalet li n-nagħaġ tant kienu trawmatizzati li kienu qed  jitgezzu ġor-rokna u jibżgħu anki minn sidhom.

L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati qalet li huwa aktar xokkanti li dan il-każ ħareġ fid-deher in-nuqqas assolut ta’ liġijiet dwar il-bestjalità f’Malta.

Qalet li m’hemmx proviżjoni waħda fil-liġi li tikkriminalizza l-bestjalità. L-AAA qalet li l-Att dwar il-Ħarsien tal-Annimali jiprojbixxi l-moħqrija tal-annimali iżda m’hemm l-ebda referenza speċifika għall-bestjalità.

Saħqet li l-liġijiet iridu jinbidlu biex il-bestjalità issir att kriminali. Qalet li att sesswali ma’ annimal huwa awtomatikament stupru, att vjolenti fuq speċi oħra kif ukoll riskju għas-saħħa għas-soċjetà inġenerali.

Appellat biex is-soċjetà ma tibqax tivvittimizza l-annimali minħabba l-perveżjoni sesswali tal-bniedem.


Ara wkoll:

Raħħal f’San Ġiljan jaqbad raġel jidħollu fir-razzett u jmurlu man-nagħaġ