
L-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) qalet li jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jħossu l-bżonn li jżidu r-restrizzjonijiet, għandhom jagħmlu dan fuq ikliet u festini fid-djar, u mhux fuq l-istabbilimenti tal-ikel.
L-ACE kienet qed tirreaġixxi għal appelli biex jiżdiedu r-restrizzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa, fosthom billi n-nies ma tkunx tista’ toħroġ wara d-9.00pm.
L-assoċjazzjoni qalet li m’hemm l-ebda evidenza xjentifika li tindika li ż-żieda fil-Covid-19 hija marbuta ma’ stabbilimenti tal-catering li jirrispettaw il-protokolli, u li l-membri tagħha kienu qed jagħmlu ħilithom biex ma jkunx hemm tixrid tal-virus fl-istabbilimenti tagħhom.
Żiedet li mill-banda l-oħra huwa fatt magħruf kien in-nies qed tinġabar f’residenzi privati u postijiet tal-kiri, speċjalment f’Għawdex, u għalhekk huma dawn li għandhom jiġu indirizzati.
Ara wkoll:
Il-MAM tappella għal aktar restrizzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa