COVID-19
L-ACE tilqa’ t-tnaqqis ta’ miżuri u t-tqassim tal-vouchers

L-Assoċjazzjoni għall-istabbilimenti tal-Ikel (ACE) tilqa’ t-tnaqqis tal-miżuri mħabbra ftit tal-ħin ilu mill-Prim Ministru Robert Abela speċjalment il-ftuħ mill-ġdid b’mod parzjali tar-ristoranti u snack bars.

Qalet li b’dan il-mod is-settur tar-ristoranti u snack bars se jieħu ftit tar-ruħ filwaqt li t-tqassim tal-vouchers se jgħin lill-ekonomija terġa’ tirpilja.

L-ACE mill-ġdid appellat lill-awtoritajiet biex l-istabbilimenti tal-ikel ikunu jistgħu jiftħu kompletament mis-17 ta’ Mejju li ġej hekk kif għad mhemm l-ebda evidenza li r-ristoranti huma l-kawża għat-tixrid tal-virus. Appellat biex ikun hemm infurzar riġidu fuq min jinstab f’gruppi kbar ta’ persuni.