Politika
L-AD se tpoġġi l-kwalità tal-ħajja fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha fil-Kunsilli Lokali

Alternattiva Demokratika qalet li hija tpoġġi l-kwalità tal-ħajja tar-residenti u tat-turisti fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha fil-Kunsilli Lokali.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’San Ġiljan, iċ-chairman tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li l-Kunsill għandu jingħata aktar rispett billi jkun assigurat li jaħdem id f’id ma’ Infrastructure Malta. Żied li l-bankini m’għandhomx jibqgħu għan-negozju imma għandhom isiru għan-nies. L-Alternattiva qalet li hija taħdem biex jitwettaq proġett ta’ immaniġjar aħjar tat-traffiku biex in-nies jingħataw prijorità fuq il-karozzi.

Dwar il-proġett Safe Cities u l-użu tat-teknoloġija tal-facial recognition, l-Alternattiva qed tinsisti li l-ordni pubblika jirrikjedi ħarsien ikbar tad-drittijiet fundamentali. Għalhekk, ingħad li l-Kunsill ta’ San Ġiljan għandu jara li titħares il-privatezza tan-nies. Il-Perit Cacopardo semma kif skont l-għaqda mhux governattiva Big Brother Watch fir-Renju Unit dawn it-tip ta’ sistemi jagħtu riżultati żbaljati għaliex it-teknoloġija għada mhix żviluppata biżżejjed.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

The Tempest hija l-produzzjoni annwali tal-MADC, bl-iscript tad-drammaturgu William Shakespeare jingħata interpretazzjoni kontemporanja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra, fil-ġonna ta’ Sant Anton. Il-ġonna ta’ Sant Anton se jerġgħu…

Kisbiet

It-tarzna ta’ Palumbo rebħet kuntratt prestiġjuż għat-tiswija ta’ tliet bastimenti tal-kumpanija Franċiża Corsica Linea b’sistema ta’ tindif tal-fuel skont ir-regoli l-ġodda fis-settur li jħarsu l-ambjent. Fi stqarrija, il-grupp Palumbo qal…

Knisja Maltija

Beda ix-xogħol fuq t-tieni fażi tar-restawr fil-knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun li qed isir mid-direttorat tar-restawr anke għaliex din il-knisja Barokka hija meqjusa bħala kapolavur arkitettoniku ta’ Lorenzo Gafà tas-seklu…

Kronaka

Illejla l-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-mara li ritratti u filmati tagħha bdew iduru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, b’bosta persuni jgħidu li kienet qed iddur l-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż….

Aktar