Politika
L-AD tappella biex dak li se jsir fil-Port il-Kbir isir ukoll fil-Port Ħieles

Alternattiva Demokratika qalet li li l-Gvern mhux jagħti prijorita lill-kwalità tal-arja.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Birżebbuġa, iċ-chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo, qal li l-Alternattiva ilha tagħmel proposti biex jissolvew il-problemi tat-tniġġis. Qal li fil-qasam tal-enerġija hemm bżonn li l-pajjiż jimxi malajr lejn sorsi ta’ enerġija nadifa bħar-riħ u x-xemx.

Il-Perit Cacopardo qal li filwaqt li l-gvern qed iżid it-tniggis fil-qasam tat-trasport, l-Alternattiva qed tipproponi żoni mingħajr emmissjonijiet, iktar pjazez għan-nies, u toroq b’iktar spazji għat-trasport pubbliku.

Qal li filwaqt li huwa tajjeb li se jibda proġett biex jonqos it-tniġġis mill-vapuri fil-Port il-Kbir, dan għandu jsir anke fil-Port ta’ Marsaxlokk biex ikun indirizzat it-tniġġis mill-vapuri fil-Port Ħieles.

Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll membru tal-Partit Demokratiku.