Politika
L-AD tgħid li hemm bżonn liġi li tindirizza t-tniġġis mill-istorbju

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo, qal li Malta saret storbjuża u jeħtieġ li l-awtoritajiet jagħtu każ it-tniġġis tal-ħsejjes għax ma jagħmilx ġid għas-saħħa. Il-Pertit Cacopardo saħaq dwar il-bżonn li l-pajjiż ikollu liġi li tindirizza t-tniġġis mill-istorbju.

Il-Perit Cacopardo qal li bejn Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat hemm stabbiliment ta’ divertiment li jikkawża ħafna storbju billejl li qed ikun ta’ inkovenjent għar-residenti. Żied li ż-żoni residenzjali huma bbumbardjati minn storbju eċċessiv iġġenerat minn muturi u karozzi mmodifikati li qal mhumiex legali.

L-Alternattiva Demokratika qalet li l-Kunsilli Lokali għandhom jingħataw aktar poteri biex iservu ta’ tarka għar-residenti ħalli dan l-istorbju jiġi indirizzat. Ilmentat, li għalkemm huwa illegali li jsir xogħol ta’ kostruzzjoni qabel is-7 ta’ filgħodu, l-awtoritajiet qed iħallu kollox għaddej għax ma jsirx infurzar.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Qorti

Taljan ta’ 44 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie mixli b’serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar l-ieħor minn stabbiliment fi Triq il-Ħġejjeġ,…

Lokali

Il-President George Vella qal li għandu riservi serji dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. F’konferenza tal-Fondazzjoni Oasi, il-President stqarr li l-kannabis tista’ tkun ta’ benefiċċju għal skop mediku, iżda appella għal kawtela…

Aktar