Lokali
L-AD tgħid li l-kwalità tal-ħajja tar-residenti hija fiċ-ċentru ta’ ħidmietha

L-Alternattiva Demokratika qalet li l-kwalità tal-ħajja tar-residenti hija fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha. F’konferenza tal-aħbarijiet f’Birkirkara ċ-Chairperson Carmel Cacopardo qal li din il-ħidma tista’ ssir billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ambjent urban. Il-Perit Cacopardo qal li din il-lokalità tegħreq fl-ilma kull darba li tinżel xita qawwija.

Huwa qal li Birkirkara teħtieġ żoni pedonali li mhux biss ikunu riservati esklussivament għar-residenti imma li jservu biex inaqqsu l-iżvilupp fil-lokalità u li t-toroq jibdew jingħataw lura lin-nies. Il-Perit Cacopardo qal li dan jgħodd mhux biss għaċ-ċentru tal-lokalità imma wkoll fil-periferiji inkluż fis-Swatar.